Nistedinkom taqraw l-editorjal pubblikat fil-ġurnal Times of Malta tal-lum.

Dan l-editorjal iwissi lil Jason Micallef, lil Ray Azzopardi u lil oħrajn li jidhrilhom li għax il-Belt Valletta hi Tagħna Lkoll, ħadd m’għandu dritt jipprotesta kontra l-gvern.

Araw x’kellu xi jgħid l-editur dwar dawk li, bi ħdura liema bħalha, qegħdin igħajjtu u jwerżqu biex il-mafkar lil Daphne li nħoloq madwar il-Monument tal-Assedju l-Kbir “jitnaddaf”: “Il-fjuri u l-messaġġi li hemm madwar il-mafkar tqiegħdu hemm minn nies li jimpurtahom u li ma jifilħux jaraw lill-pajjiż ikompli jegħreq ‘l isfel. Is-Sur Micallef u l-kunsilliera laburisti tal-Belt Valletta għandhom iżommu ‘l bogħod minn dan il-mafkar. In-nies diġa’ jinsabu rrabjati”.          

Nhar it-Tlieta 13 ta’ Frar fis-18.30 se jsir dibattitu fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta fuq mozzjoni li saret biex il-mafkar “jitnaddaf”. Il-Kunsill ser jiltaqa’ fil-post il-ġdid li dari kien okkupat mill-Cafe’ Premier u membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jattendu għal dawn il-laqgħat. Jien bi ħsiebni nattendi u ser immur armat b’bukkett fjuri. Jiddeċiedi x’jiddeċiedi l-Kunsill, bi ħsibni neżerċita d-dritt tiegħi li nqiegħed il-fjuri fejn irrid u fejn jogħġobni.

Għax il-Belt Valletta hi Tagħna Wkoll.