Minn Patricia Mifsud

Messaġġ qasir indirizzat lil dawk fostna li qed jippreparaw li jattendu r-rally tal-lum waranofsinhar.

Jekk jogħġobkom, segwu dak li tgħidilkom il-kuxjenza.

Temmnu verament li l-mod kif Joseph Muscat qed imexxi l-pajjiż huwa etiku?

Temmnu verament li Keith Schembri u Konrad Mizzi għamlu sew li ma rriżenjawx għall-inqas sakemm inaddfu isimhom?

Temmnu verament li l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali qed jagħmlu xogħolhom kif suppost?

Temmnu verament li dak li qed jikkonfermaw il-ġurnalisti internazzjonali tad-Daphne Project huwa fake news?

Jekk it-tweġiba tagħkom għal dawn il-mistoqsijiet hija iva, allura morru l-Belt Valletta llum waranofsinhar. Jekk, min-naħa l-oħra, tħossu li qed tiġu mġiegħla tmorru l-Belt kaġun taċ-ċirkostanzi, allura tridu tifhmu li ħaddieħor diġà qed jagħmel bikom dak li jrid u għandu kontroll assolut fuqkom.