Araw lil Konrad Mizzi hawn jippoża ma’ Josef Vincenti.

Konrad ikun irid jidher miegħu għax is-Sur Vincenti kunsidrat bħala wieħed mill-manigoldi. U hawn dan jidher kif deher fil-Facebook ftit taż-żmien ilu.

U hawn jidher għaddej xalata il-Ħadd li għadda fost il-ġemgħa l-kbira soċjalista solidali mal-ħaddiema.

Tuwom ax ek haqommmm

Geplaatst door Jos Vin op Dinsdag 1 mei 2018

Wieħed jittama li s-Sur Vincenti ma sebbaħx sal-5 ta’ filgħodu jlegleg ix-xorb u jieħu d-drogi u mbagħad mar id-dar f’ħin meta t-tarbija tas-sieħba tiegħu tkun bdiet twerżaq bil-ġuħ li jkollha fuqha u li ma ssussax it-tarbija, sabbataha mal-art u kkawżalha ksur f’rasha u ħsara permanenti f’ġisimha. U huwa ttamat ukoll li dan ma ħax ġurament falz u ma waħħalx fis-sieħba tiegħu għall-korrimenti kkawżati f’ġisem it-tarbija.

Wara kollox mhux xieraq li xi ħadd bħal Konrad Mizzi jkollu ħbieb li jkunu jistgħu jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni impekkabbli tiegħu, hux hekk?