Żewġ deputati parlamentari jitolbu l-ftuħ mill-ġdid tal-inkjesta Egrant
Meta storja jkun hemm min iqisha bħallikieku kienet Vanġelu u dawk li għandhom is-setgħa f'idejhom ma jitilfux mument wieħed biex jippruvaw ibellgħuha sal-gerżuma tan-nies li tabilħaqq hi Vanġelu u li dan ħadd m'għandu l-jedd li jiddubitah, ma jistax jonqos li jkun hemm min joħroġ b'mistoqsijiet pertinenti. It-theddid u x-xiljiet x'aktarx iġiegħlu lil dak li jkun [...]