GUEST POST: m’hemmx dubju li l-istorja mhux biss hi ta’ interess pubbliku – hi wkoll ta’ interess għall-membri tal-PN

By
2018-11-04T12:26:07+01:00Wed, 31st Oct '18, 18:15|

Mhux bi ħsiebni li hawn noqgħod nirriproduċi l-istqarrijiet li ma jitwemmnux li qed nirċievi online jew fil-mailbox privata tiegħi. Lanqas m'hu bi ħsiebni noqgħod insemmi l-fatt li issa qed nifhem sew minn fejn kienu ġejjin il-ħrejjef tal-"blogging tal-mibgħeda" u "awgurji li tfal jimirdu bil-kanċer" ta'  Daphne Caruana Galizia. Apparentement għal dawn jien magħmul mill-istess pezza [...]

Kwistjoni ta’ interess pubbliku

By
2018-11-04T12:25:05+01:00Wed, 31st Oct '18, 13:48|

Ma skantawni xejn ir-reazzjonijiet li kien hemm għall-istorja li xandart dalgħodu dwar it-talba li għamlet Nickie Vella de Fremeaux biex tinfired legalment minn ma' żewġha Adrian Delia. Dawn ir-reazzjonijiet stennejthom u ma kienet esperjenza pjaċevoli xejn. Hemm min ġenwinament ma qabilx mad-deċiżjoni li ħadt u r-raġunijiet li nġiebu wieħed jista' jifhimhom. Din id-deċiżjoni kif se [...]

Min igħatti xtur il-korrotti huwa korrott

By
2018-11-04T12:24:02+01:00Wed, 31st Oct '18, 13:11|

Hemm żewġ stejjer importanti fil-ħarġa tal-lum tat-Times of Malta li jeħtieġ li jingħataw ċerta attenzjoni. F'paġna 4 tal-edizzjoni stampata tal-ġurnal, hemm ir-rapport ta' Ivan Camilleri dwar il-kritika li qala' l-Ministru Evarist Bartolo mingħand il-Maġistrat Ian Farrugia talli dan naqas li jaġixxi meta kellu f'idejħ informazzjoni dwar korruzzjoni ta' impjegat fil-ministeru tiegħu. Din l-istorja tittratta dwar [...]

Nickie Vella de Fremeaux titlob li tinfired legalment minn ma’ Adrian Delia

By
2018-10-31T12:33:27+01:00Wed, 31st Oct '18, 01:30|

Din il-website tinsab infurmata li Nickie Vella de Fremeaux, mart il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, talbet lil żewġha biex tinfired legalment minnu. Din it-talba saret il-ġimgħa li għaddiet f'ittra formali li ntbagħtet lil Adrian Delia fl-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f'Tal-Pietà. L-ittra hija iffirmata mill-avukat ta' Nickie Vella de Fremeaux. Issa ilha għaddejja għal xi żmien [...]

Go to Top