Reuters TV: l-Unjoni Ewropea se tirrevoka l-liċenzja tal-Pilatus Bank

By
2018-10-18T16:58:50+02:00Wed, 17th Oct '18, 22:38|

Segwu dan il-film ta' Reuters dwar id-deċiżjoni regolatorja Ewropea li ttieħdet biex jingħalaq il-Pilatus Bank. Daphne Caruana Galizia kienet kitbet li dan il-bank ma kien xejn ħlief magna għall-ħasil ta' flus ġejjin mill-korruzzjoni. Din l-informazzjoni kienet ġabritha mingħand Maria Efimova. It-tnejn li huma kienu ġew vittimizzati u mhedda. Eventwalment waħda fittxet il-kenn f'pajjiż ieħor fejn [...]

Il-gvern intebaħ li ma jafx kollox dwar id-delitt

By
2018-10-18T16:59:58+02:00Wed, 17th Oct '18, 21:56|

L-editur ta' The Malta Independent ħass li l-libertà tiegħu ġiet imxekkla meta jien ktibt xi kummenti dwar l-istorja li xxandret fil-ġurnal il-Ħadd li għadda. L-editur kiteb li "l-blogger Manuel Delia għaġġel meta allega li l-istorja li xandarna kienet 'ġejja baxx baxx mill-gvern'." Peress li dak li jien ktibt dwar din l-istorja fil-fatt kienet biss biċċa [...]

‘Il-ġurnalisti Maltin jiċċensuraw lilhom infushom” – organizzazzjonijiet internazzjonali dwar il-libertà tal-istampa

By
2018-10-18T16:57:44+02:00Wed, 17th Oct '18, 21:10|

Numru ta' NGOs li jinsabu fuq żjara f'Malta bil-għan li jifhmu aħjar is-sitwazzjoni tal-libertà tal-kelma fil-pajjiż waslu għall-konklużjoni li s-sitwazzjoni f'Malta m'hi feliċi xejn. Wieħed għandu għaliex jaħseb li l-fatt li ġurnalista ġiet assassinata hija indikazzjoni ta' dan. Iżda l-fatt li għall-gvern qiesu ma ġara' xejn ta' barra minn hawn hija indikazzjoni akbar Lill-NGOs irriżultalhom [...]

Partit Liberali Ġermaniż isejjaħ għat-tnedija ta’ investigazzjoni Ewropea dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

By
2018-10-18T16:56:45+02:00Wed, 17th Oct '18, 15:16|

Hekk stqarret Gyde Jensen, il-kelliema dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Partit Liberali Ġernamiż - FDP - u president tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem: "Il-qtil tal-ġurnalista Maltija Galizia hi tebgħa sewda fuq l-istorja tal-Ewropa. Diffiċli wieħed jemmen li l-mandanti tad-delitt għadhom jiġġerrew barra. Hemm bżonn li jinstab tarf tal-assassinju u biex iseħħ dan, jeħtieġ li l-investigazzjoni tinbeda' mill-ġdid u [...]

La Repubblica: ‘Eluf fit-toroq għal Daphne’

By
2018-10-18T16:52:56+02:00Wed, 17th Oct '18, 08:33|

(Reuters. La Repubblica) Qed naqleb għall-Malti l-paragrafu konklużiv tar-rapport ta' La Repubblica tal-bieraħ dwar id-dimostrazzjoni li saret il-bieraħ filgħaxija fil-Belt Valletta: "Hemm ħaġa waħda li hi ċerta. Malta issa waslet f'punt li fih, fejn għandha x'taqsam din il-kwistjoni, l-kontroll m'għadux għal kollox idejn il-kbarat ta' Kastilja. Il-vapur issa beda' jagħmel l-ilma. Jista' jagħti [...]

Grazzi Joseph. Malta issa tinsab “blacklisted” mill-OECD. Il-Kummissjoni Ewropea tgħid li l-bejgħ ta’ passaporti huwa “theddida għas-sigurtà tal-Ewropa”

By
2018-10-18T16:54:21+02:00Wed, 17th Oct '18, 07:42|

Wieħed jiskanta kif ħadu daqstant żmien biex igħiduha ċara u tonda. Dan kollu stennewħ dawk kollha li, meta kienet ħarġet l-idea li jinbiegħu l-passaporti, kienu oġġezzjonaw bil-qawwa. Il-bejgħ taċ-ċittadinanza jħaffef u jiffaċilita l-evażjoni tal-ħlas tat-taxxi u huwa theddida għas-sigurtà tal-pajjiżi Ewropej kollha li jirrikonoxxu d-dritt tal-moviment ħieles ta' persuni li jakkwistaw iċ-ċittadinanza ta' dawk l-istati [...]

Margaret Atwood: għaliex naqsu li jibgħatu għal ebda politiku biex jinterrogawh dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia?

By
2018-10-18T17:00:23+02:00Wed, 17th Oct '18, 07:08|

IBL/REX/Shutterstock (4849337b) Min jaf Kurt Farrugia sabx il-ħin isir jaf permezz tal-google Margaret Atwood min hi, hu u jaqra' r-rapporti tal-istampa dinjija dwar l-attivitajiet li seħħew il-bieraħ biex ifakkru l-ewwel sena mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u dwar il-cover up tal-gvern dwar dak li verament seħħ dakinhar. Margaret Atwood kitbet artiklu f'The Guardian [...]