Illum l-International Press Institute, PEN International, Reporters Without Borders, il-Committee to Protect Journalists, il-European Centre for Press and Media Freedom u l-European Federation of Journalists reġgħu tennew il-talba tagħhom sabiex issir inkjesta pubblika dwar jekk l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia setax ġie evitat.
Huma talbu lill-gvern jiggarantixxi għall-istampa internazzjonali aċċess sħiħ u regolari u intervisti wara li nstab li l-gvern ta’ Malta għalaq il-bibien tiegħu għal kull mistoqsija leġittima minn ġurnalisti indipendenti. L-organizzazzjoni rrakkomandat li jsiru emendi għal-liġijiet sabiex il-familji ta’ ġurnalisti mejtin ma jirtux ir-responsabbiltà ta’ kawżi ta’ diffamazzjoni, sabiex uffiċjali pubbliċi jkunu aktar kontabbli permezz ta’ livell aktar għoli ta’ skrutinju u biex ma jintużawx il-qrati biex jiġu kastigati l-ġurnalisti.
L-organizzazzjonijiet wkoll għamlu sejħa lill-gvern biex jirrispetta l-mafkar ta’ protesta quddiem il-bini tal-Qorti. Minkejja dawn ir-rakkomandazzjonijiet, il-gvern injorahom għal darb’oħra u warrab l-istrixxun, il-fjuri u x-xemgħat u qed jirrifjuta li jirritornahom lill-protestanti.
Aqraw hawn taħt ir-rapport finali tal-NGOs.