Reporters without Borders, il-Committee to Protect Journalists, 60 per Daphne, il-European Centre for Press and Media Freedom u l-PEN International qiegħdu fjuri u xemgħat u ħallew noti b’messaġġi quddiem il-bini tal-qorti b’tifkira ta’ Daphne Caruana Galizia u talbu li ssir ġustizzja mal-ġurnalista li nqatlet waqt li kienet qed taqdi d-dmirijiet tagħha.

Il-gvern wieġeb.

Dan huwa l-mafkar kif deher dalgħodu.

Lill-ġurnalisti u l-kittieba minn madwar id-dinja kollha, l-gvern ta’ Malta qed jibgħathom jixxejjru. U mbagħad it-trolls tas-soltu jmorru jgħidu li jien qed nagħti isem ħażin lil Malta mal- ‘barranin’.