Il-gvern demokratiku li għandna reġa’ ċċensura protesta ta’ tifkira fil-Belt Valletta. Dak li qal il-prim ministru lir-rappreżentanti tal-NGO’s internazzjonali dwar il-libertà tal-istampa, fis-sens li l-kwistjoni ser tiġi rikonsidrata, tista’ tipparagunah ma’ kemm dam iferfer il-ftehim ta’ Munich kif ukoll mas-sinċerità ta’ min kien wara dak il-ftehim.
Stennew sakemm il-ġurnalisti u r-rappreżentanti tal-NGO’s telqu lura lejn pajjiżhom u mbagħad, mal-ewwel okkażjoni li ġiethom, il-protesti tagħhom u dawk tas-soċjetà ċivili rmewhom il-baħar. Anki l-kuruna li qiegħed il-Kap tal-Oppożizzjoni warrbu. M’għamlu eċċezzjoni għal ħadd.
Naħseb li tistgħu tobsru x’inhu ġej: il-protesta issuktat dalgħodu.
Mhux bi ħsiebna nċedu.