Il-President Donald Trump sab ruħu fiċ-ċentru ta’ kontroversja oħra minn tiegħu llum talli fo tmiem il-ġimgħa naqas li jattendi għal ċerimonja fiċ-ċimiterju Amerikan ta’ Aisne-Marne f’Belleau, Franza li fakkret il-100 anniversarju ta’ tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija. Uffiċjalment Donald Trump spjega li naqas li jattendi minħabba “l-maltemp”, spejegazzjoni li m niżlet tajjeb xejn mal-kritiċili minn naħa toagħhom ipparagunaw dan in-nuqqas maż-żjara li kien għamel il-President Obama fl-istess post fl-2009 meta mexa’ qalb l-oqbra bix-xita nieżla.

Il-bieraħ xi ġurnalisti talbu lil uffiċjali tad-Dipartiment tal-Informazzjoni jispjegaw għaliex il-Prim Ministru Joseph Muscat naqas li jattendi għall-Quddiesa fil-Belt Valletta. Dawn wieġbu li l-Prim ministru kellu “wisq x’jagħmel”.

Minkejja l-importanza ta’ din il-ġrajja kemm għall-istorja tad-dinja kif ukoll għall-istorja ta’ Malta, il-bieraħ il-Prim Ministru baqa’ m’attendiex għall-attività u floku mar il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia. L-awtoritajiet ċivili tmexxew mill-President Marie Louise Coleiro Preca u fosthom kien hemm il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.

Malta kienet ħadet sehem il-Gwerra l-Kbira tal-1914-1918 u fil-pajjiż hawn ċimiterji militari fejn indifnu suldati li mietu waqt il-ġlied, partikolarment dawk li ġġieldu fil-gwerra tal-Gallipoli. Dak iż-żmien lil Malta kienet tlaqqmet “l-infermiera tal-Mediterran” talli kienet ipprovdiet sptarijiet u kura medika għal dawk li ndarbu fil-gwerra.

F’din il-gwerra kienu ġġieldu wkoll numru mdaqqas ta’ suldati Maltin.

Araw dan il-video tal-BBC mill-2014 li jirrakkonta l-istorja.