Din Michelle Muscat tistedinhom.  Il-bieraħ ktibt li lil Jason Micallef ma tagħmillux għajb għall-vujtaġni li għandha.

Dalgħodu f’The Shift News Ryan Murdock laqat musmar fuq rasu. Laqqamha “The First Lady of Kickbackistan“. Kellna diskussjoni interna sħiħa dwar kif dawn il-kliem nistgħu naqilbuhom għall-Malti. Xaħħamistan?

U balleċ, is-Sinjura Muscat dalgħodu libset kappell stil tradizzjonali tal-Asja Ċentrali li għandi nifhem jaqbel mal-għamara ġdida li għandha fil-yurt tagħha f’Burmarrad.

Dan qed niktbu minkejja l-fatt li, bħalma jiġri dejjem fejn tkun iddeffset is-Sinjura Muscat, hemm xi ftit tal-kontroversja dwar jekk min biegħlha l-kappell li libset kienx moħħu fl-iSteppes tal-Asja Ċentrali jew fil-logħob Olimpiku f’Abu Dhabi fejn dan l-aħħar għamlet żjara ma’ wliedha.

BugM, dak l-imbierek ta’ BugM, qatagħha li t-tema kienet waħda sportiva.

M’għandniex xi ngħidu, min għandu ideat oħra merħba bihom.