Il-qtil ta’ bniedem innoċenti u kif qed jippruvaw igħattu xtur il-gvern.
Il-faċċata ta' quddiem tat-Times of Malta tal-lum xandret il-qerq li permezz tiegħu il-gvern irid ibellagħha li l-każ dwar il-qtil ta' Lassana Cisse qed jiġi trattat b'serjetà liema bħalha. Huwa minnu li qed jieħdu dan il-qtil b'serjetà kbira, imma mhux għar-raġunijiet li qed iġibu. Qed jagħmlu dan għaliex intebħu li jinsabu mgħobbijin b'responsabbiltà politika diretta u, [...]