Il-rapporteur li nħatar mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex jissorvelja dak kollu li qed iseħħ f’Malta għamel tweet b’reazzjoni għall-istorja li xandret is-Sunday Times of Malta.

Dan għamel mistoqsija li l-awtoritajiet biss jistgħu u huma fid-dmir li jwieġbu. L-awtoritajiet ilhom aktar minn sena li saru jafu dak li sirna nafu biħ illum. Persuni li huma taħt suspett ġew identifikati, inkixfu s-sorsi ta’ ħlasijiet u tkellmu x-xhieda. U ma saru ebda arresti. Għaliex?

Iżda hemm ukoll mistoqsijiet li huma aktar pertinenti li jeħtieġu t-tweġibiet. Il-gvern ma jistsx jibqa’ fommu sieket.