Il-postijiet battala mtlew mill-prim ministru nnifsu

By
2019-11-22T07:51:53+01:00Thu, 21st Nov '19, 19:03|

Konna ilna nissuspettaw li hemm postijiet battala fl-uffiċċju tal-kummissarju tal-pulizija u dak tal-avukat ġenerali. U issa l-prim ministru dawn il-postijiet imliehom. Bih innifsu. Huma ta' tħassib serju l-istqarrijiet li għamel kuljum il-prim ministru f'dawn l-aħħar tlitt ijiem. Il-prim ministru qed iforni dettalji dwar dak li qiegħdin igħidu jew dwar dak li mhux qiegħdin igħidu persuni [...]

PROTESTA: Il-Ġimgħa, 22 ta’ Novembru fis-6.30PM

By
2019-11-21T12:56:11+01:00Thu, 21st Nov '19, 12:56|

Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com qed itennu l-protesta tagħhom u se jiltaqgħu quddiem il-Berġa ta’ Kastilja nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru fis-18:30 biex jitolbu r-riżenja tal-prim ministru Joseph Muscat. Joseph Muscat għandu responsabbiltà politika ċara. Kieku keċċa lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi meta l-Panama Papers ikkonfermaw ir-rappurtaġġ ta’ Daphne Caruana Galizia li dawn it-tnejn kienu fetħu kumpaniji sigrieti [...]

Il-borma fuq tlieta toqgħod

By
2019-11-21T21:52:45+01:00Thu, 21st Nov '19, 11:52|

Inħossni tassew skomdu nsejjaħ lill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia bħala "opportunità". Il-qtil huwa ta' min jistmerru. Il-każ tagħha ma kienx wieħed ta' xi sagrifiċċju erojku. Hi kienet eroj u l-qtil tagħha kien sagrifiċċju enormi. Il-qtil tagħha u t-telfa li ġarrbet il-familja tagħha ma kienu meħtieġa għal ħadd. Kif qiegħed hawn nixtieq nikteb erba' kelmiet lil tal-Moviment [...]

Il-Pilatus. Is-Sata. U issa l-BoV.

By
2019-11-21T21:50:42+01:00Thu, 21st Nov '19, 10:39|

Il-ġrajjiet li seħħew il-bieraħ tant iddominaw l-aħbarijiet li dan ir-rapport minn Reuters ftit kienu dawk li ndunaw bih. Dan huwa ħażin, għaliex it-theddida li teżisti fil-konfront tal-akbar bank f'Malta jista' jkollha riperkussjonijiet serji ħafna fuq l-ekonomija Maltija. U jekk issir ħsara lill-ekonomija Maltija, ma jkunux il-familji Gasan, Apap Bologna jew Fenech li jgħaddu minn tbatija. [...]

Go to Top