Il-partitarji tal-Labour qed jintebħu li għaddewhom biż-żmien.

By
2019-11-26T21:47:12+01:00Tue, 26th Nov '19, 12:19|

Baqgħu jirreżistu għal tliet snin sħaħ. Għal-sitta, fil-fatt. Iżda issa qed jinkixef kollox. U qed jikkrollalhom kollox. Joseph Muscat għadu jaħseb li għad jista' jibqa' jterraq fil-wiċċ. Għad jirnexxielu. Iżda jirnexxielu biss jekk inħalluh. Joseph Muscat qed ifakkarni f'Erich Honecker fl-aħħar jiem tal-ħajja politika tiegħu. Bid-differenza li Muscat m'għandux l-armata Sovjetika biex taqbeż għalih. Bosta [...]

NIPPROTESTAW ILLUM! Keith Schembri hu biss il-bidu. Joseph Muscat għandu jwarrab!

By
2019-11-26T10:18:03+01:00Tue, 26th Nov '19, 10:17|

Niltaqgħu llejla fis-7pm quddiem Kastilja. Tinsewx! Illum It-Tlieta 26 ta' Novembru 2019 fis-19:00 f'Misraħ Kastilja, Valletta. Konna sejjaħna lin-nies għal għada biex jipprotestaw iżda l-avvenimenti li seħħew wasslu biex is-sitwazzjoni ssir aktar urġenti. Keith Schembri warrab mill-Berġa ta' Kastilja. Iżda dak li hu ħobża u sikkina miegħu, l-alleat u l-kompliċi tiegħu huwa l-prim ministru ta' [...]

Keith Schembri jwarrab. Issa jmiss lil Joseph Muscat.

By
2019-11-26T21:46:28+01:00Tue, 26th Nov '19, 09:45|

Joseph Muscat ħabbar ir-riżenja taċ-chief of staff tiegħu Keith Schembri. Keith Schembri kien il-moħħ wara l-ħolqien ta' Joseph Muscat bħala prodott politiku. Iżda jingħad ukoll li kien il-moħħ wara l-korruzzjoni fi ħdan il-gvern. Ismu kien inkixef permezz tal-Panama Papers u l-isforzi tiegħu biex igawdi personalment mis-setgħa li kellu f'idejh kienu nbdew qabel l-elezzjoni ta' Marzu [...]

Minn kollox ser jagħmel biex jipprova jsalva ġildu

By
2019-11-26T21:45:22+01:00Tue, 26th Nov '19, 09:22|

Rapporti mill-kwartier ġenerali tal-pulizija mxandra f'numru ta' mezzi tax-xandir isostnu li Yorgen Fenech qed jagħmel minn kollox biex itawwal bil-għan li jipprova jtaffi xi ftit il-konsegwenzi ta' ikla ħabs għal għomru fuq akkużi ta' qtil. Għad irridu naraw x'se ssarraf ix-xhieda tiegħu. Il-ġurnalist tat-Times of Malta Ivan Martin illum jirrapporta li, skont l-għejjun tiegħu, li  [...]