Ġurnalist tal-Bloomberg: “Ikun għaqli jekk Joseph Muscat iwarrab”

By
2019-11-29T01:11:25+01:00Wed, 27th Nov '19, 19:58|

Agħtu daqqa t'għajn lejn dan l-artiklu fil-Bloomberg miktub mill-ġurnalist finanzjarju anzjan Leonid Bershidsky. Huwa jikteb dwar dak li qed insejjħu bħala mafja -- is-sħubija bejn il-kriminalità, l-politika u n-negozju li f'dawn l-aħħar sitt snin iddominat lil Malta -- u li hu jsejħilha "oligarkija". Jgħid li l-każ ta' Malta huwa xhieda tal-fatt saħansitra anki pajjiżi demokratiċi [...]

L-istudenti ma beżgħux

By
2019-11-29T01:12:27+01:00Wed, 27th Nov '19, 19:49|

Studenti Universitarji li kienu qed isegwu strixxun bil-kliem "Studenti Bla Biża" waqqfu t-traffiku ħdejn il-monument tal-gwerra barra s-swar tal-belt Valletta wara li l-Pulizija għalqet kull aċċess għal misraħ Kastilja u l-misraħ ta' quddiem il-Parlament ingħalaq permezz tal-barrikati. Għal diversi minuti t-traffiku u t-trasport pubbliku mill-venda tal-Belt Valletta waqfu ħesrem hekk kif din il-protesta spontaneja inbidlet [...]

Studenti Universitarji jsejjħu għar-riżenja ta’ Joseph Muscat

By
2019-11-29T01:10:28+01:00Wed, 27th Nov '19, 18:07|

L-għaqda tal-istudenti - il-KSU - illum sejjħet laqgħa għall-għaqdiet tal-istudenti, liema laqgħa approvat riżoluzzjoni li ssejjaħ għar-riżenja ta' Joseph Muscat. Bħala eks-president tal-għaqda tal-istudenti fi żmien meta l-istudenti tal-lum kienu għadhom ma twieldux, inħossni kburi b'dak li seħħ illum. Għamlu sewwa li semmgħu leħinhom. Issa jeħtieġ li jmexxu li sħabhom - il-futur huwa tagħhom. Din [...]

X’inhi r-raġuni li Joseph Muscat ma wera ebda sogħba bl-imġieba tal-assistent tiegħu?

By
2019-11-29T01:08:55+01:00Wed, 27th Nov '19, 17:13|

Meta l-assistent ta' kap ta' gvern ta' pajjiż demokratiku jinkixef li kien imdaħħal f'konfoffa biex iseħħ assassinju, tkun ħaġa ta' barra minn hawn li l-istess kap ta' gvern - anki ta' gvern dittatorjali - jibqa' f'postu. Meta Macbeth qatagħha li joqtol avversarju li kien ta' theddida politika għalih, ma kienx bgħat lis-suldati tiegħu biex joqtluh [...]

Ħaddmu raskom. Dejjem żommu l-kalma.

By
2019-11-27T17:21:20+01:00Wed, 27th Nov '19, 16:03|

Grupp ta' attivisti se jiltaqgħu llejla ħdejn il-Funtana tat-Tritoni fil-5.30pm. Repubblika u #occupyjustice jistiednuk biex tattendi. Ritratt: Jon Borg. Aktar ma jikber in-numru ta' dawk li jkunu jridu jipprotestaw, ikun dejjem aħjar. Aktar ma jkun hemm għajjat, ikun dejjem aħjar. In-nies qed tismagħna. Il-burdata fuq in-naħa tal-Labour qed tinbidel. Kif darba kien stqarr [...]

Protesta Nazzjonali nhar il-Ħadd 1 ta’ Diċembru 2019

By
2019-11-27T13:00:58+01:00Wed, 27th Nov '19, 13:00|

Issa li bdiet ħierġa l-verità, jonqos biss li ssir ġustizzja. Sakemm Joseph Muscat jibqa’ prim ministru, se jibqa’ ostaklu għall-ġustizzja. Joseph Muscat jeħtieġ jirreżenja jew jitneħħa mill-parlament. Għalhekk Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com isejjħu lill-persuni kollha ta’ rieda tajba huma ta’ liem fehma politika huma għal protesta nazzjonali nhar il-Ħadd 1 ta’ Diċembru 2019. Tluq minn [...]

Malta saret l-ostaġġ tiegħu

By
2019-11-27T17:20:16+01:00Wed, 27th Nov '19, 12:59|

Joseph Muscat irid jibqa' mkaħħal mas-siġġu tas-setgħa. Iżda din is-setgħa qiegħda tikkrolla f'biċċiet madwaru. Il-bażużli kollha tiegħu jinsabu taħt investigazzjoni jew marru jinħbew. Sar qisu dak li darba kien l-imgħallem ta' ġgajta kriminali wara li l-bulijiet ikunu lkoll ġew arrestati. Sar qisu re mitluf u ddisprat f'logħba ċess jittama li jsib minn fejn jiskappa. Fil-frattemp, [...]