Tassew li l-prim ministru m’hu jgħatti xtur ħadd?

By
2019-11-23T18:00:47+01:00Sat, 23rd Nov '19, 10:00|

Dalwaqt jasal żmien li fih ikollna naraw x'informazzjoni kellu Joseph Muscat u dwar iż-żmien meta sar jaf biha. Ikollna wkoll ngħarblu l-istqarrijiet kollha li huwa għamel tul l-aħħar tliet snin sabiex tiġi determinata l-kompliċità tiegħu f'delitti kriminali gravi ħafna. Ftakru ftit fiż-żmien li fih Konrad Mizzi kien kostrett jammetti li huwa sid ta' trust f'New [...]

X’qed jistennew biex jibgħatu għal Karl Cini?

By
2019-11-23T18:00:09+01:00Sat, 23rd Nov '19, 09:49|

Jekk hemm xi ħadd li jaf sew l-intriċċi kollha li seħħew u dwar min xaħħam lil min, dan hu Karl Cini. Ftit qabel Marzu 2013 kien siefer lejn il-Panama u fl-uffiċċju ta' Mossack Fonseca beda' jwitti t-triq li kellhom igħaddu minnha l-imgħallmin korrotti tiegħu. Permezz tat-telefon, lil sħabu tal-Panama tahom struzzjonijiet dwar taħt isem min [...]

Ma jagħti kenn lil ħadd, qalilna

By
2019-11-23T17:59:20+01:00Sat, 23rd Nov '19, 09:17|

Il-prim ministru ried jinstema' kategoriku f'leħnu meta stqarr li mhux bi ħsiebu jagħti l-kenn lill-kriminali dan kollu għaliex l-arrest tagħhom għad jista' jimbarazzah. Huwa ġie mistoqsi dwar jekk kienx ser ikun hu li jiddeċiedi dwar l-għoti tal-proklama tal-immunità lil dak li jkun lest li jixhed dwar kemm mill-bidu nett kien żbalja dwar Keith Schembri u [...]