Il-prim ministru ried jinstema’ kategoriku f’leħnu meta stqarr li mhux bi ħsiebu jagħti l-kenn lill-kriminali dan kollu għaliex l-arrest tagħhom għad jista’ jimbarazzah. Huwa ġie mistoqsi dwar jekk kienx ser ikun hu li jiddeċiedi dwar l-għoti tal-proklama tal-immunità lil dak li jkun lest li jixhed dwar kemm mill-bidu nett kien żbalja dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi, u dwar kemm Daphne kellha raġun.

Għal din il-mistoqsija, huwa wieġeb li għadu kmieni wisq biex wieħed jasal għal konklużjoni għaliex quddiemu għad ma kellu ebda talba bħal din. Seta’ kien qed jigdeb, iżda ħaġa bħal din tkun trid taqtagħha l-inkjesta. Hu x’inhu, fiċ-ċirkostanzi preżenti ma tkunx xi ħaġa ta’ barra minn hawn jekk eventwalment issir talba għal ħruġ ta’ proklama għall-immunità mingħand xhud li jaf il-verità kollha dwar il-kuntratt korrott tal-Electrogas.

Muscat intebaħ li t-tweġiba tiegħu ma kienet kredibbli xejn u lill-ġurnalist immedjatament qallu li hu “ma jagħti kenn jew protezzjoni lil ħadd”.

Iżda l-fatti m’humiex dawk, sur prim ministru. Lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi tajthom il-kenn kollu tiegħek għal tliet snin sħaħ. U għal żmien kemxejn inqas, dan il-kenn tajtu wkoll lil Chris Cardona u lil Edward Scicluna. Kont qisek qroqqa tagħti l-kenn lill-flieles tagħha bi ġwinħajha.

Lil dawn il-flieles int tajthom il-kenn b’saħħa għaliex kont taf li jekk ma jżommux fil-wiċċ u jegħrqu, tispiċċa biex tegħreq int ukoll magħhom.

Infakkruk kemm int kont fgat f’demmek dakinhar li konna segwejna l-movimenti tiegħek bla ma int kont intbaħt b’dan, hekk kif inkixef il-warrani ta’ ieħor mill-bażużli tiegħek. Int ma kontx infiskajt għax bażużlu ieħor minn tiegħek kien imbarazzak – kont irvellajt kontrina għax konna rnexxielna nikxfuh.

Agħtu daqqa t’għajn lejn dan il-filmat iżda fl-istess waqt segwu dak li kitbet Daphne meta kienet tellgħet dan il-filmat fil-blog tagħha.

Ir-reazzjoni ta' Muscat ftit wara li sar jaf bl-iskandlu li fa…

SKANDLU TIXĦIM MIT-TANKER TAL-GASS: Ara r-reazzjoni ta' Joseph Muscat fl-ewwel break ta' Xarabank, ftit ħin wara li sar jaf bl-iskandlu li faqqa' ftit tal-ħin ilu: tixħim mit-tanker tal-gass.

Geplaatst door NET News op Vrijdag 26 mei 2017