Brian Tonna u Karl Cini jinsabu taħt il-protezzjoni tal-pulizija?
Il-Pulizija għandha tagħtihom il-protezzjoni. Allaħares kellhom jitgerrbu f'saqajhom jew f'xi ħaġa oħra aċċidentalment u jispiċċaw f'xi ġibjun qalb ir-raba' misterjożament imqattajn biċċiet f'partita boroż tal-plastik.
L-espressjoni fuq wiċċ Konrad
Li kieku l-kzazel u l-borom li għandu jkunu dejjem vojta, jista' jagħti l-każ li nkun magħlub daqshekk! Forsi jista' jkun ukoll li jkolli l-espressjoni li kellu fuq wiċċu Konrad Mizzi dalgħodu hu u jwieġeb il-mistoqsijiet ta' Ivan Martin. ‘Int kont se tirċievi flejjes ġejjin mit-tixħim mingħand bniedem suspettat bi qtil @KonradMizzi?’ #DaphneCaruanaGalizia pic.twitter.com/U0tUVNKZad — Ivan [...]
Chris Fearne jieħu post Joseph Muscat fil-konferenza tal-iGaming
Il-konferenza SIGMA m'hix ser tinfetaħ uffiċjalment minn Joseph Muscat li bħalissa għandu ħafna aktar affarijiet fuqhiex jixħet l-attenzjoni tiegħu. Suppost kellu jiftaħ il-konferenza nhar l-Erbgħa b'ħafna xniexel. Din il-konferenza qed titnieda f'Ta' Qali għalkemm il-premjijiet annwali fil-qasam tal-industrija ser isiru fil-lukanda Hilton. Agħtu daqqa t'għajn lejn l-iscreenshot tal-programm li sal-lum għadu jgħid li l-konferenza se [...]
Jinkiser is-skiet
Is-sostenituri ta' Konrad Mizzi qed jinfexxu f'Evarist Bartolo u qed ifakkruh li l-elezzjoni tiegħu fil-Parlament u tal-Partit Laburista fil-gvern jafhom lil Konrad Mizzi. Jaqaw dawn sikru b'xi ħaġa? Eh iva. Mingħalija jgħidulu Kool-Aid. Ċerta Coress (dan isimha proprju?) Gouder minn Raħal Ġdid, kostitwenta u sostenitriċi fanatika ta' Konrad Mizzi lil Evarist Bartolo wissietu biex isodd [...]
Meta kien iddendel ma’ djul Keith Schembri
Lejlet l-elezzjoni tal-2017, Joseph Muscat ttanta jbeżżana bl-elezzjoni mill-ġdid tal-PN fil-gvern. Il-kuntest kien intervista televiżiva li kien għamillu Saviour Balzan meta dan staqsih kienx bi ħsiebu jżomm lil Keith Schembri f'postu. Joseph Muscat wieġeb billi fakkarna li Lawrence Gonzi kien ħatar -- skużi -- social worker bħala chief of staff tiegħu. Jaqq. Konna fhimna x'ried [...]
Evarist Bartolo: jekk tieqaf nofs triq ikun aħjar li kieku t-triq ma tkun qsamtha xejn
Evarist Bartolo issa semma' lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi u talabhom iwarrbu. Jien nista' nwieġbu billi ngħidlu li dak li qed jistqarr illum kien messu qalu tliet snin ilu. Nista' nwieġbu billi ngħidlu li kieku dan kollu stqarru tliet snin ilu u għaddiet tiegħu, Daphne illum għadha mimlija bil-għomor. Nista' nwieġbu wkoll billi [...]