Agħtu ħarsa lejn ir-ritratt ta’ Konrad Mizzi, il-kandidat-stilla twil tal-Partit Laburista li riedu jpunġuh bħala bniedem kompetenti lejlet l-elezzjoni tal-2013. Hawn jidher f’intervista mat-Times of Malta jgħidilna li l-għaks li n-nazzjonalisti stupidi u korrotti ħallew lil Malta fih dalwaqt jittaffa’.
‘Nafu liema direzzjoni ser naqbdu,’ qalilna. “Għandna roadmap”.
Il-ġurnalista jistaqsih: “Xi trid tfisser eżatt bil-kliem “l-aqwa fl-Ewropa”?”.
U Konrad Mizzi iwieġeb hekk: “bi ħsiebna nilħqu l-ogħla livelli politiċi fl-Ewropa u l-korruzzjoni mhux ser nittollerawha. Il-livelli ta’ mġieba li ġew aċċettati taħt gvern Nazzjonalista mhux ser jiġu aċċettati aktar taħt Joseph Muscat. Jekk ikun hemm ministru li jġib ruħu mhux kif ikun mistenni, tiddabbarlu rasu l-għada.”
Jaħasra Konrad, ittawwal ftit biex tara f’liema stat tinsab issa.