Hawn fuq jidher Chris Cardona wara li wasal lura miż-żjara tiegħu f’Velbert  – arawħ mhux biss jaħlef li ma kienx minnu li kien mar ma’ prostituta f’burdell waqt il-ħin tax-xogħol, iżda li l-prim ministru jemmen dak kollu li qallu. Hawn kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet ta’ ġurnalista tat-Times of Malta.

“Il-Prim Ministru lili jemminni mill-A saż-Ż,” qalilna.

Lil Chris Cardona, l-prim ministru għadu qed jemmnu? Għadu jemmen il-verżjoni li kien tah dwar dak li kien seħħ f’dak il-lejl? Lil Chris Cardona l-prim ministru staqsih dwar il-familjarità li għandu mal-assassini li jinsabu mixlija li qatlu lil Daphne Caruana Galizia? Minn dakinhar ‘l hawn reġa’ staqsieh? Kien għarbilhom il-kontradizzjonijiet li kellu fil-verżjoni li taħ?

Din tifforma parti wkoll mill-investigazzjoni dwar il-qtil li qed tiġi sorveljata mill-prim ministru? Il-mistoqsijiet li għamlulu l-bieraħ il-pulizija fassalhom hu? Għarbilhom it-tweġibiet li ta?