Il-bieraħ il-Comical Ali ta’ Malta Karl Stagno Navarra, għamel appell għall-appoġġ lil Joseph Muscat. Lanqas titwemmen li t-tiranni jaslu biex jimmiżinterpretaw għal kollox dak li qed iħoss il-poplu bħalissa. Lil dawk li jsegwuħ talabhom biex – jaħasra – idawwru ħsibijiethom ftit fuq Joseph Muscat. L-istess Joseph Muscat li se jkollu jwarrab wara li wettaq l-agħar cover up fl-istorja ta ‘Malta, jekk mhux agħar minn hekk ukoll.
Karl Stagno Navarra talab lis-segwaċi tiegħu biex jixgħalu xemgħa għal Joseph Muscat u sabiex iqiegħduha f’tieqa. Araw il-filmat.
Dalgħodu smajt tnejn min-nies jitħaddtu.
- Rajt xejn xemgħat mixgħulin il-lejl li għadda?
- Le. iżda jista’ jkun il-każ li Owen Bonnici kien diġà xkupahom kollha ‘l barra.