Myriam Dalli stqarret li tinsab irrabjata dwar dak li seħħ. Saviour Balzan stqarr li Joseph Muscat jeħtieġ li jwarrab. Chris Fearne stqarr li s-sitwazzjoni hi waħda serja ħafna. U Evarist Bartolo għadu jitkellem dwar l-allat u l-annimali.

Lil dawn kollha m’għandix għalfejn infakkarhom li aħna ma konniex f’pożizzjoni aħjar milli kienu fiha huma, iżda xorta waħda stajna nintebħu li Daphne kellha raġun. Stajna nintebħu li r-reġim kellu l-appoġġ sħiħ tagħhom jew inkella kienu parti minnu. Jew li kienu lesti li jagħlqu għajnejhom għall-ħmieġ li kien hemm madwarhom – bħalma għalqu għajnejhom Leo Brincat u Helena Dalli u kien biss wara ħallew il-gvern u ngħataw ħatra fl-Ewropa li ammettew li l-gvern tagħhom huwa korrott.

Miriam Dalli, Chris Fearne u Saviour Balzan kienu aktar qrib il-ħmieġ u setgħu jaraw b’mod ċar, aktar milli seta’ jaraħ ħaddieħor, li kienu qed jappoġġjaw gvern mafjuż u allura kienu parti minnu wkoll.

Minħabba din il-frażi jien kont laqqatt kawża ta’ libell. Din il-kawża ta’ libell kienet saret minn Raphael Vassallo qabel il-konverżjoni Damaxxena li għadda minnha. Il-kawża bdieha qabel il-ġimgħa li għaddiet meta kien għadu tal-fehma li l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kien xogħol ħallelin komuni. Assolutament ma riedx jemmen dak li issa qed jintebaħ biħ kulħadd: jiġifieri li dan il-delitt kien att terroristiku mafjuż organizzat mill-istat.

Iżda dan mhuwiex iż-żmien biex noqgħodu niftaħru kemm kellna raġun.

Sinjuri Dalli, Fearne u Balzan, issa huwa ż-żmien li ġġiegħelu lil Joseph Muscat jintebaħ li intom triduh iwarrab. Mhux wara l-Milied. Mhux għada. Issa.

Jeħtieġ li jwarrab illum qabel għada. Intom tafu daqs kemm jaf ħaddieħor li ilha tinħema’ cover-up. Jeħtieġ li ma tħalluħx ikompli jbagħbas bil-provi waqt li tkunu qed iċċekċku t-tazzi fil-Milied intom u tħejju ruħkom għat-tellieqa għat-tmexxija tal-partit. Għal darba tibqgħux taħsbu fikom infuskom u ffokaw fuq dak li urġentement jeħtieġ il-pajjiż. Għandu jkollkom sens ta’ ħtija li m’għamiltu xejn biex il-pajjiż ma jasalx fil-qiegħ li issa wasal fiħ.

Ikun qed igħid ħmerija min igħid li tinħoloq l-instabilità dakinhar li jwarrab prim ministru. Kull prim ministru jwarrab dakinhar li jitlef elezzjoni. Hekk kien għamel David Cameron dakinhar li warrab u hi ħaġa normali li postu temporanjament jieħdu d-deputat prim ministru biex il-gvern ikun jista’ jkompli (fil-każ tagħna jkun jista’ jibda’) l-ħidma tiegħu sakemm issir l-elezzjoni tal-mexxej tal-partit.

Joseph Muscat jeħtieġ iwarrab illum qabel għada. Jekk intom tassew sinċieri dwar ir-rabja li qiegħdin tħossu, wruna li bi ħsiebkom taħdmu b’riżq l-għaqda nazzjonali f’dan iż-żmien ikraħ. Uruna fil-fatti li m’inthomx parti mill-mafja li jeħtieġ li titwarrab. Uruna bil-fatti li intom lesti tistqarru li b’par idejn nodfa se tgħinu qatigħ biex issir tindifa.

Imxu fuq l-eżempju ta’ dawk kollha li vvutaw Labour fl-2013, x’uħud minnhom għamlu hekk ukoll fl-2017, li qegħdin jingħaqdu magħna fil-protesti.

għada ser niltaqgħu fil-Belt Valletta fl-4pm. Intom għandkom tkunu hemm. Il-preżenza tagħkom tkun xhieda dwar kemm tassew temmnu dak li tistqarru.