Ir-reġim ta’ Joseph Muscat rabat flimkien ġgajta ta’ ħallelin b’katina ta’ rikatti reċiproċi. Din il-katina kienet b’saħħitha daqs il-fasces u ma kienx faċli li titkisser. Madankollu kellna t-tama li malli jidher xaqq żgħir, biż-żmien kollox kien ser jiġġarfilhom.

Jidher li kellu jkun kelb mill-K9 unit li qabad qattiel mingħajr ma beża’ mill- konsegwenzi.

Sigriet li bosta kienu jafu bih u li ġie injorat ħareġ fil-beraħ u kollox beda’ jiġġarraf.

Qed naraw il-bidla sseħħ quddiem għajnejna. Iżda aħna ma nkissrux. aħna nibnu.

Illum m’għandna għalfejn niċċelebraw ebda rebħa. Qed nimxu pass pass ma’ ġrajja tal-istorja li ttamajna li għad naslu għaliha iżda li konna bżajna li nibqgħu ma naslux.

Xogħolna għadu biss fil-bidu tiegħu. illejla ninġabru u flimkien nibdew nerġgħu nibnu lil pajjiżna.

Il-lejla ser inkun wieħed mill-kelliema.