Agħtu daqqa t’għajn lejn dan l-artiklu fil-Bloomberg miktub mill-ġurnalist finanzjarju anzjan Leonid Bershidsky. Huwa jikteb dwar dak li qed insejjħu bħala mafja — is-sħubija bejn il-kriminalità, l-politika u n-negozju li f’dawn l-aħħar sitt snin iddominat lil Malta — u li hu jsejħilha “oligarkija”. Jgħid li l-każ ta’ Malta huwa xhieda tal-fatt saħansitra anki pajjiżi demokratiċi stabbli jistgħu jinħakmu minn din il-kwalità ta’ klikka.

Bran mill-artiklu:

“Muscat ikun għaqli jekk isegwi l-eżempju tal-Prim Ministru Slovakk Robert Fico li s-sena li għaddiet warrab mingħajr ma qagħad jistenna r-riżultati ta’ investigazzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalist investigattiv Jan Kuciak u tal-għarusa tiegħu. Din l-investigazzjoni aktar tard iffokat fuq l-oligarka Marian Kocner li f’Marzu kien mixli li ordna l-assassinju. (Huwa ddikjara li m’huwiex ħati.) Ir-riżenja ta’ Fico tat l-ispazju kollu lill-partit tiegħu – is-SMER – biex iżomm is-setgħa minkejja r-rabtiet estensivi li kellu Kocner ma’ politiċi mill-istess partit, għalkemm m’hemmx ċertezza li l-elezzjoni tal-2020 terġa’ tintrebaħ minnu. Dak li ser jirriżulta mill-ġuri ta’ Kocner, li mistenni jibda’ x-xahar id-dieħel, jista’ jkompli jitfa’ l-ħatab fin-nar tar-rabja pubblika.”

Tgħid Joseph Muscat għadu jaqra artikli bħal dan?