Grupp ta’ attivisti se jiltaqgħu llejla ħdejn il-Funtana tat-Tritoni fil-5.30pm. Repubblika u #occupyjustice jistiednuk biex tattendi.
Aktar ma jikber in-numru ta’ dawk li jkunu jridu jipprotestaw, ikun dejjem aħjar. Aktar ma jkun hemm għajjat, ikun dejjem aħjar. In-nies qed tismagħna.
Il-burdata fuq in-naħa tal-Labour qed tinbidel. Kif darba kien stqarr xi ħadd, tista’ tħossha fl-arja. Kull m’għandu bżonn Joseph Muscat hi naqra mbuttatura iżda jeħtieġ li nifhmu r-regola sagra tal-fiżika: li għal kull azzjoni, jkun hemm reazzjoni opposta.
Joseph Muscat issa ftit baqgħalu ma xiex jiggranfa. Iżda hemm ħaġa waħda li qiegħda tbandal l-immaġni tiegħu minn waħda ta’ allegat kompliċi għal waħda ta’ qattiel u minn waħda ta’ qattiel għal waħda ta’ vittma.
Naf li hi ħaġa nġusta, iżda l-psikoloġija kollettiva ta’ dan il-pajjiż hi waħda unika. Il-protesti vjolenti f’pajjiżna kien u dejjem rari fl-istorja ta’ pajjiżna għaliex protesti bħal ftit li xejn kellna bżonnhom. Barra minn dan, bħala regola il-protesti vjolenti ma jwasslu għal imkien ħlief għal min ikun irid jiddefendi lilu nnifsu.
Għaldaqstant, tħoss kemm tħoss rabja – u naf li bħalissa hemm rabja kbira – għandek tassumi arja tal kalma simili għal ta’ Gandhi u tkun tista’ tgħelbu billi tibqa’ ma ċċedix.
Naf li hi ħaġa nġusta, iżda l-fatti huma li girfa ‘l hawn u ‘l hinn fuq il-karrozza ta’ Owen Bonnici u l-erba’ bajdiet li nxteħtu fuq l-Alfa Romeo ta’ Joseph Muscat tista’ tpinġi lil dawk li qed jaħkmu lil pajjiżna b’mod mafjuż bħallikieku huma l-vittmi.
Dan hu eżatt li jrid Joseph Muscat. F’għajnejn in-nies tiegħu, irid li jitpinġa qisu xi San Bastjan marbut ma’ siġra u bil-vleġeġ f’ġismu.
Qed iħejju ruħħom tafux. Dalgħodu l-assoċjazzjoni tal-pulizija ċaħdet rapporti mxandra minn One TV li qalu li kien hemm xi membri tal-korp tal-pulizija li ssawtu minn persuni ta’ ċerta fehma politika. Din l-assoċjazzjoni hi waħda li s-soltu tappoġġja lil tal-Labour. Iżda jidher li l-membri tal-korp tal-pulizija m’humiex lesti jonqsu minn dmirijiethom minħabba l-lejaltajiet privati li jista’ għandhom. Dawn qed jaqdu dmirhom sewwa fil-konfront ta’ dawk li qed jipprotestaw u qed jiżguraw li dawn jingħataw l-ispazju kollu meħtieġ biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.
Lit-truppi fidili ta’ Joseph Muscat dan m’huwiex jogħġobhom u issa għadhom kemm stallaw kameras CCTV biex jiġbdu filmati ta’ min ikun qed jipprotesta biex b’hekk forsi dawn jitpinġew bħala protesti vjolenti.
Tifhmunix ħażin. Il-karrozza ta’ Joseph Muscat kien ħaqqha li jinsefqu fuqha erba’ bajdiet. Dawn l-erba’ bajdiet ma għamlu ebda ħsara lill-karrozza.
Iżda jeħtieġ li naħsbu b’moħħna. Jeħtieġ li niżguraw li ma jkunx hemm min iħossu obbligat li jappoġġja lil Joseph Muscat minħabba xi lejaltà falza jew għaliex Muscat ikun b’suċċess pinġa lilu nnifsu bħallikieku hu xi vittma.
Kulma jkollu bżonn hu li terġa’ taqbiżlu xi demgħa. U meta din id-demgħa tkun qabżitlu, jeħtieġ li ma nkunux boloħ u npaxxuh. Kulma jeħtieġ li nagħmlu hu li nogħxew b’kemm għandna saħħa. Nogħxew bihom. Nogħxew bih.
L-imperatur għarwien daħal jiġri ‘l ġewwa hekk kif kulħadd intebaħ kemm kien ridikolu liebes l-ilbies il-ġdid.