Bħal daż-żmien sena ilu, kont ktibt dwar ix-xamma fenominali li kellha Daphne Caruana Galizia. Niftakar li kienet ġiet f’idejja kitba tagħha mis-sena 2013. Dak iż-żmien lil Yorgen Fenech kienet żelqitlu li kellu f’idejh informazzjoni li mhux suppost kellu u dan kien biżżejjed biex iġiegħel lil Daphne xxomm li l-kuntratt tal-Electrogas kien wieħed jinten.

Agħtu daqqa t’għajn lejn l-artikli elettroniċi tal-imgħoddi.

Iżda l-ewwel għandkom taqraw dak li kont ktibt sena ilu. U wara li taqraw dak li kont ktibt, aqraw x’kienet kitbet Daphne fl-2013.

Nitlobkom biex ma titkexkxux. Nitlobkom biex ma tgħalqux għajnejkom u taħsbu f’dak li kienet tikteb hekk kif il-bieraħ dak il-ħalliel Keith Schembri fil-qorti ma setgħax jipprova jkompli jipperswadina li m’huwiex ħalliel.

Kienet xammet kollox mill-bidu nett. Mhux ta’ b’xejn …