Konrad Mizzi, Chris Cardona u Edward Scicluna se ikollhom jistennew biex ikunu jafu liema mħallef ser jisma’ l-appell tagħhom minn digriet ta’ maġistrat li ordna t-tnedija ta’ inkjesta kriminali li għandha tinvestiga l-imġieba tagħhom meta inbiegħu tliet sptarijiet pubbliċi. Dakinhar li ppreżentaw l-appell tagħhom, kienet għassa l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.

F’kummentarju li jien xandart ftit ġranet ilu, kont semmejt ir-raġunijiet il-għala Consuelo Scerri Herrera kellha tirrikuża ruħħa milli tisma’ l-appell.

Illum l-Imħallef irrikużat ruħħa u fid-digriet tagħha semmiet ir-raġunijiet li kont ġibt jien. Mizzi, Cardona u Scicluna huma Ministri tal-Kabinett u kollegi ta’ ħuha Josè Herrera. Għal din ir-raġuni biss, l-Imħallef dehrilha li l-ġustizzja għanda tidher li qed issir u li għalhekk kellha twarrab.

L-appell issa ser jinstema’ minn Imħallef ieħor.