Sinjuri Joseph Muscat, Owen Bonnici, Konrad Mizzi, Keith Schembri, Edward Scicluna, Chris Cardona, Ian Borg u l-bqija.
Intom mingħalikom li ħadd m’hu ser jażżarda jiqfilkom minħabba l-biża’ jew minħabba l-għamad.
Mingħalikom li għandkom is-setgħa li tikkontrollaw kollox.
Ħafna drabi kellkom raġun li taħsbu hekk: bosta huma dawk li jew huma mbeżżgħin jew għandhom wisq għamad quddiem għajnejhom biex jaraw b’mod ċar.
U għalkemm ħafna drabi ġġibu ruħkom b’mod li bih tmeru s-sewwa magħruf – u saħansitra ħofra f’triq taslu biex tgħidu li mhix ħofra – r-realtà għandha l-ħabta li tqiegħed f’posthom lit-tiranni u lil dawk li jehdew bil-qerq.
Ibqgħu ċerti li issa m’aħniex bi ħsiebna nissottovalutawkom. Nafu li t-triq hi waħda twila u mudlama u li x’aktarx mhux ser insiru nafu b’dak kollu li hemm fil-borma.
Ser ikun hemm xhieda li jitwarrbu bil-pulit bis-saħħa ta’ xi “inċident”. Minn lukandi lussużi, l-ħatja ser jittieħdu miz-zijiet tagħhom għal żjarat lejn ċentri ta’ riabilitazzjoni esklusivi fl-Isvizzera, fl-Amerika u minn jaf fejn aktar u, bejnhom u bejn ruħħom, ser jistaqsu jekk dawn humiex ser ikunu l-aħħar żjarat tagħhom.
Fil-frattemp, ser tiżguraw li ma tonqsux li tattendu u titkellmu fil-konferenzi kollhom tlellix mnedijin mill-imseħbin tagħkom fit-traffikar taċ-ċittadinanza, li tixorbu fit-tiġijiet bis-saħħa tal-kompliċi kollha tagħkom fil-ħasil tal-flus u fil-ksur tas-sanzjonijiet, li tħokku ma’ sħabkom id-dittaturi u li tixxoxxaw taħt il-qlugħ tad-dgħajjes ta’ negozjanti novelli li jsaffru s-suffara arbitrali huma u liebsin ilbies tal-ambaxxaturi.
Għandkom ukoll tiftakru f’ħaġa oħra.
Aħna m’hu ser naqtgħu qalbna qatt u ser issibuna ma’ wiċċkom kullimkien: fil-qrati, fit-toroq u fl-istituzzjonijet internazzjonali. Se ssibuna nitkellmu mal-membri tal-istampa internazzjonali u lill-vittmi tagħkom ser inkomplu nispjegawlhom li għandhom toqoq oħra minn fejn jistgħu jgħaddu waqt li intom tippruvaw tgħaddu minn fuqhom.
Nafu sew kemm tixtiquna naqtgħu qalbna.
Kif ta’ sikwit tgħidli binti, meta s-seħer ma jwassalx, xi drabi tkun trid issir xi ftit imqareb.
U, tridu jew ma tridux, ser ikollkom toqgħodu għal dan.