Niltaqgħu llejla fis-7pm quddiem Kastilja. Tinsewx! Illum It-Tlieta 26 ta’ Novembru 2019 fis-19:00 f’Misraħ Kastilja, Valletta. Konna sejjaħna lin-nies għal għada biex jipprotestaw iżda l-avvenimenti li seħħew wasslu biex is-sitwazzjoni ssir aktar urġenti.

Keith Schembri warrab mill-Berġa ta’ Kastilja. Iżda dak li hu ħobża u sikkina miegħu, l-alleat u l-kompliċi tiegħu huwa l-prim ministru ta’ Malta.

Ma jistax ikollna l-ġustizzja jekk is-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi. Ma tistax issir ġustizzja ma’ Daphne u mal-familja tagħha jekk is-sitwazzjoni tibqa’ dik li hi. Ma tistax issir ġustizzja ma’ pajjiżna, ma’ ismu u mal-poplu tiegħu jekk is-sitwazzjoni tibqa’ dik li hi.

Ingħaqad magħna llejla f’Misraħ Kastilja biex flimkien insejjħu għar-riżenja ta’ Joseph Muscat.