F’kumment li għamel lill-istampa dalgħodu, lill-prim ministru żelqitlu li t-talba ta’ Melvin Theuma biex tinħareġ proklama ta’ immunità kienet “l-ewwel proklama”. Dlonk ikkoreġa ruħu u qal li ried ifisser “l-unika proklama” li qed jintalab li jirrakkomanda.

Huwa ċar li Joseph Muscat qed jitlef ħafna rqad u seta’ għamel żball ġenwin.

Iżda ġaladarba qed joħroġ l-informazzjoni hu stess, jeħtieġ li nistaqsuh il-mistoqsija li ġejja:

Yorgen Fenech talab li tinħariġlu proklama ta’ immunità biex jixhed dwar dak kollu li jaf?