Pieter Omtzigt, ir-rapporteur tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar is-saltna tad-dritt f’Malta, illum għamel tweet dwar il-kunflitt ta’ interess sfaċċat ta’ Joseph Muscat li qed jippreżenta ruħu bħala l-kap investigatur tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u bħala l-persuna li waħdu għandu l-jedd li jiddeċiedi dwar l-għoti ta’ maħfriet presidenzjali li jistgħu ikollhom effett ħażin fuq il-kabinett tiegħu stess.

Omtzigt kompla jgħid “Is-suspetti ta’ interessi personal u politiċi huma qawwijin ħafna, u l-influwenza potenzjali tal-Prim Ministru ta’ Malta fuq is-sistema ta’ ġustizzja kriminali hi kbira wisq.”