Tlifna prim ministru li kien jistħoqq għal Malta
Illum wara nofsinhar tħabbar li Simon Busuttil ser jinħatar mill-Partit Popolari Ewropew bħala s-segretarju ġenerali l-ġdid tiegħu. Kariga li tixraqlu. F'Ġunju 2017 b'xorti ħażina għalina, dan il-pajjiż għażel lil Joseph Muscat u mhux lilu biex ikun il-prim ministru. Meta ngħid "għalina" ma nfissirx lill-PN li fi ħdanu dak iż-żmien kont inħossni komdu. Bil-kelma "għalina" nfisser [...]