Is-serjetà biss tista’ terġa’ tgħolli isem Malta
Ir-realtà dawwarniha f'ħolma u waqqafna ħesrem it-twettiq tal-ambizzjonijiet tagħna. L-għoġol tad-deheb ilellex u miksi bil-flus ippermettejnilu jaljenana mill-verità li konna drajna dejjem infittxu. Mit-tfittxija tal-verità issa sirna naqgħu u nqumu. Tal-Economist Intelligence Unit m'għadhomx jikkunsidraw lil Malta bħala demokrazija sħiħa. Tal-EIU m'għamlux ġudizzju kif ġieb u leħaq u xogħolhom hu li jagħtu pariri lill-investituri dwar [...]