Issa Lawrence Cutajar jista’ jitfa’ l-attenzjoni tiegħu għal kollox fuq il-futbol. Mid-dehra, qed issir moda li dawk li jirtiraw mill-qadi tar-reġim ta’ Muscat – b’mod speċjali dawk li dejjem ħasbu li Joseph Muscat għandu żewġ bajdiet tal-azzar – jintefgħu b’ruħhom u ġisimhom fuq il-futbol.
Lawrence Cutajar inżamm f’postu fi sforz biex tibqa’ ma ssirx ġustizzja fil-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u fil-każijiet ta’ korruzzjoni li kienet kixfet.
Illum m’għandniex għalxiex inkantaw l-alleluia. Issa jeħtieġ nistaqsu min huma dawk li ser jerfgħu r-responsabbiltà fuq spallithom talli kkaġunaw tant uġiegħ u talli wettqu daqstant ħsara lir-reputazzjoni tal-pajjiż. Ħsara li għas-snin li ġejjin se nkunu aħna li jkollna nbatuha u li kienet il-kaġun tal-inġustizzja kbira li saret mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.