Mingħajr ma noqgħod nidħol fil-mertu tal-preċiżjoni storika tal-interpretazzjoni ta’ Glen Bedingfield ta’ dan ir-ritratt, l-intenzjoni tiegħu hi ċara.

Fi ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin, Repubblika u dawk li jażżardaw jagħtuha l-pariri huma kollaboraturi mal-għadu, jiġifieri mal-ħażin.

Dak li qed iseħħ bħalissa huwa sforz stil Goebbels biex iqanqal paranojja fost in-nies li tisfrutta r-razziżmu iżda li fiha nnifisha mhux neċessarjament hi motivata mir-razziżmu. jista’ jkun li r-rabja tal-pubbliku fil-konfront tagħna hi mħeġġa mill-preġudizzji razzjali u mill-biża’ tal-mard.

Iżda l-motivazzjoni tal-elitisti hi kompletament differenti. Glen Bedingfield ma tinteressaħx is-supremazija ta’ razztu. Iżda jinteressaħ ferm li jagħmel ħsara u jivvendika ruħu għas-suċċess parzjali tar-resistenza li għamilna lill-gvern preċedenti lejn tmiem is-sena li għaddiet.

Hu u l-kollegi tiegħu qed jużaw l-epidemija biex jagħmlu tajjeb għad-dgħjufija politika li sabu ruħħom fiha fil-Milied li għadda u sabiex jeqirdu kull forma ta’ reżistenza bis-saħħa ta’ sejħiet għat-tlugħ ta’ bnadar.

Il-bandiera Maltija qed jippruvaw jisirquha mill-partijottiżmu ta’ taqtieha tal-poplu favur il-verità u l-ġustizzja u qed jikkonvertuha f’reliġjon impost bil-għan li kull nuqqas ta’ qbil jitpinġa bħala forma ta’ tradiment.

Min huwa l-għadu? Ma min qed nikkollaboraw? Minn kliem bħal “gwerra” u “invażjoni” attribwibbli għall-problema tal-immigrazzjoni, l-gvern għadda għal kliem ħafna aktar perikoluż bħal “għadu” u “kollaborazzjoni”.

Kien hemm Malti wieħed biss li kien instab li kkollabora mal-għadu fi żmien il-gwerra. Araw ftit x’kien ġralu.