Agħtu daqqa t’għajn lejn dan il-filmat li ttieħed fil-kwartier tal-Partit Laburista dakinhar li lil Konrad Mizzi ħatruh bħala d-deputat mexxej tal-partit. Isimgħu l-ewwel mistoqsija li kienet saritlu.
Dan kien fi Frar 2016. Kienu ħatruħ deputat mexxej meta kienu diġà jafu b’dak li kienu jafu l-bieraħ meta ddeċidew li jkeċċuh. Il-Partit Laburista għad irid jagħti rendikont dwar l-imġieba tiegħu. Jekk mhux għal xejn, f’ġieħ l-interpretazzjoni korretta tal-istorja.