Għaliex jekk ma nagħmlu xejn, il-qattiela ta’ Daphne jgħadduha lixxa.
Għaliex serqulna flus li jridu jintraddu lura.
Għaliex ma nistgħux nittamaw li ssir il-ġustizzja kemm il-darba din l-inġustizzja titħalla għaddejja.
Għaliex jekk ma jiġux ikkastigati, il-politiċi tal-llum u dawk ta’ għada jibdew jaħsbu li jistgħu jgħadduha lixxa fuq kollox.
Għaliex il-partiti politiċi m’humiex jiffunzjonaw.
Għaliex mhux sewwa li dawk li għandhom il-flus tgħaddi tagħhom dejjem.
Għaliex jekk ma nagħtux każ, inkunu qed naqblu.
Għaliex waqqgħulna wiċċna l-art mal-bqija tad-dinja.
Għaliex ir-reputazzjoni taqlagħlna l-ħobża tagħna.
Għaliex aħna m’aħniex bħalhom.
Għaliex jeħtieġ li ssir xi ħaġa.
Għaliex inħobbu lil pajjiżna.
Għaliex ma nistgħux nibqgħu ċassi.
Għaliex għandna l-ħila li nirbħu.
Għaliex jeħtieġ li nirbħu.
Għaliex inħobbu lil uliedna
Għaliex għadna ma wasalniex.
Għaliex nistgħu naslu.
Għaliex il-familjari ta’ Daphne ma nistgħux inħalluhom weħidhom.
Għaliex għandna lil xulxin.
Għaliex nemmnu fis-sewwa
Ingħaqad magħna llejla quddiem il-bini tal-Parlament fil-Belt Valletta. Ilbes maskra. Żomm id-distanza. Uża minkbek biex issellem. U werżaq kemm tiflaħ.