Keith Schembri wiegħed li jgħidilna l-verità
Tiskanta kif ċerti nies iwiegħdu dak li hu minn ewl id-dinja. Jumejn ilu Joseph Muscat wiegħed li ser jibqa’ disponibbli li jwieġeb il-mistoqsijiet tal-pulizija. Għaliex? Jaqaw issa għandna għażla? Hawn xi ħadd li għandu l-jedd li jaħrab milli jwieġeb il-mistoqsijiet tal-pulizija?
Jaqaw Keith Schembri qed igħid li hawn xi ħadd li jista’ jagħżel li ma jgħidx il-verità?
Il-kwistjoni m’hix dwar dak li igħid u dak li bi ħsiebu jgħid.
Il-kwistjoni hi dwar jekk jistax jitwemmen. Wara snin sħaħ ta’ skiet assolut, snin sħaħ jaħrab il-mistoqsijiet, snin sħaħ ta’ theddid, snin sħaħ ta’ gideb u wara li ħarab milli jixhed f’kawża li kien għamel huwa stessgħax beża’ li jinkrimina ruħu, issa qed iwiegħed li ser jgħid il-verità. Issa naraw.
Ħa naraw x’ser igħid illum. Dak il-ħalliel Keith Schembri x’aktarx ser imur il-qorti biex igħid li hu m’huwiex ħalliel. Iżda x’aktarx ukoll ser igħid li hemm oħrajn. U ser jipprova jfarafar ir-responsabbiltà fuq ħaddieħor bl-iskuża li kulħadd kien qed iħawwad fil-borma.
Kulħadd kien qed jisraq. Kulħadd kien qed jigdeb. Kulħadd kien qed joqtol.
Tinkwieta xejn Keith Schembri. M’ażniex mgħaġġlin.
Ser nibqgħu hawn sakemm narawkom mgħarrqin taħt l-ilma.