Id-dnub tan-nisel ta’ Varist

By
2020-07-30T15:34:14+02:00Thu, 30th Jul '20, 11:24|

Ix-xhieda li Evarist Bartolo ta dan l-aħħar quddiem il-bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia fakkarni mhux ftit fil-qrara pubblika li kien għamel quddiem Tim Sebastian. Bi kliemu reġa' stieden is-sarkażmu, l-istmerrija, x-xettiċiżmu u xi ftit tal-umoriżmu wkoll. Iżda bi ħsiebni niffoka biss fuq l-ipokresija. Evarist Bartolo stqarr li Keith Schembri kellu setgħa qawwija [...]

Qed jagħmel l-arja mar-regoli tax-xjenza

By
2020-07-27T18:33:42+02:00Mon, 27th Jul '20, 08:02|

F'Mejju li għadda Robert Abela tgħidx kemm nieda konferenzi stampa biex jiftaħar bis-"suċċess kbir" fit-trażżin tal-imxijja Covid-19. Hu ma tantx kellu x'jagħmel iżda kellu x-xorti li għandu ministru tas-saħħa fil-kabinett tiegħu li jaf x'qed jagħmel u li jaf ir-responsabbiltajiet tiegħu x'inhuma. Kellu x-xorti wkoll li għandu dipartment tal-gvern li jaħdem tajjeb u li ma ġiex [...]

Għandu futur il-PN mingħajr Delia?

By
2020-07-27T14:52:41+02:00Mon, 27th Jul '20, 07:22|

Għaliex jinsab maħkum mid-delużjoni jew inkella għaliex jaħseb li għandu f'idejh strateġija rebbieħa, Adrian Delia jinsab miexi fuq il-passi ta' Joseph Muscat. Agħtu daqqa t'għajn lejn din il-poeżija - waħda minn sensiela għal kull darba li taqbdu l-muża - li huwa xandar permezz tal-media soċjali: Hawn bħal speċi jrid ibellagħha li l-PN u Adrian Delia [...]

PODCAST: Se jkunu t-tesserati li jiddeċiedu d-destin tal-PN

By
2020-07-24T13:09:26+02:00Fri, 24th Jul '20, 10:41|

Manuel Delia · The Party Members Will Get To Speak ‘Il-membri huma s-sidien tal-partit,’ kienu qalulna s-segwaċi ta' Adrian Delia. Dawn il-membri kienu għażlu lilu u allura, skont dawn is-segwaċi, min jipprova jwarrbu ikun qed iċaħħadhom mid-dritt li jagħżlu l-mexxej. Is-sistemi demokratiċi ma jitħaddmux b'dan il-mod. Jitħaddmu b'dan il-mod il-monarkiji eletti. Ma tantx fadal minn [...]

Kannol nieqes mill-krema

By
2020-07-23T13:51:24+02:00Thu, 23rd Jul '20, 11:00|

Il-lejla jiltaqa' l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista fuq ordni tal-Kap tal-Partit Adrian Delia. Huwa ta ordni li jitlaqqa' kumitat li, permezz ta' vot sigriet, sfiduċjah. U minkejja dan, baqa' jirrombla 'l quddiem u fuq l-aġenda qiegħed il-kliem "azzjonijiet konkreti". Kliem li bihom ried ifisser li jrid ipatti u jivvendika. Il-laqgħa tal-lejla ssegwi laqgħa bla sugu tal-grupp [...]

Fera’ lilu nnifsu??

By
2020-07-22T11:19:00+02:00Wed, 22nd Jul '20, 07:39|

Diġà hi ħaġa tat-tkexkix li xhud ewlieni tal-prosekuzzjoni jispiċċa jilgħabha mal-mewt kaġun ta' ġrieħi gravi fuq ġismu. Iżda impossibbli li wieħed ma jitħassibx meta jara lill-Pulizija tiġbed konklużjoni tant mgħaġġla li Melvyn Theuma kien weġġa' lilu nnifsu u fl-istess ħin tipprova tbellagħha li dan kien każ ta' suwiċidju meta l-vittma kien għadu lanqas wasal l-isptar. [...]

Abdilla tas-sondaġġi

By
2020-07-17T12:52:38+02:00Fri, 17th Jul '20, 08:30|

Tas-Civil Society Network ta' spiss iniedu s-sondaġġi permezz tal-Facebook. Dawn is-sondaġġi m'humiex imsejsin fuq fatti xjentifiċi u minnhom innifishom m'humiex informattivi. Barra minn hekk ir-riżultati tas-sondaġġi kważi qatt ma jixxandru u huma biss rilevanti għall-argumenti li x'aktarx jistgħu jinġiebu mill-persuna jew l-organizzazzjoni li tagħmilhom. Madankollu n-nies tinġibed bħad-dubbien għal dawn l-hekk imsejjħa sondaġġi online. Minkejja [...]

Araw ftit x’qalilna Brian

By
2020-07-17T09:01:46+02:00Fri, 17th Jul '20, 07:51|

Il-filmat li xxandar ta' Brian Hansford li fih jidher jagħti parir lis-segwaċi ta' Adrian Delia dwar il-mod kif jistgħu jagħmlu pressjoni fuq id-deputati Nazzjonalisti m'hu xejn ħlief xhieda ħajja dwar kemm dan il-bniedem hu ċuċ. Ilna nafu li Hansford, li jmexxi programm fuq l-istazzjon televiżiv nazzjonali, huwa biċċa għodda f'idejn il-Partit Laburista li qed iservi [...]

L-istorja ta’ Ezekiel u ta’ Ishmael

By
2020-07-17T09:51:32+02:00Fri, 17th Jul '20, 07:15|

Il-bieraħ fil-qorti seħħet storja mhux tas-soltu. L-avukati ta' Yorgen Fenech qalu li jeżisti tape recording li kien għamle Melvyn Theuma li għadu qatt ma nstema' fil-qorti. Dan it-tape recording l-avukati ta' Theuma kien jafu bih, iżda mid-dehra ħadd aktar ma kien jaf bl-eżistenza tiegħu. Milli jidher dan it-tape recording ma kienx issemma' għaliex il-komputer ta' [...]

L-elf jum ta’ Daphne

By
2020-07-12T20:40:50+02:00Sun, 12th Jul '20, 08:46|

Elf jum ilu Daphne Caruana Galizia nqatlet permezz ta' karrozza-bomba ftit passi 'l bogħod mid-dar tagħha fil-Bidnija. Kienet ġurnalista formidabbli li kienet tgawdi l-fiduċja ta' għejjun li kienu jidħlu f'ħafna riskji biex igħinu fix-xogħol tagħha u li kellha eluf ta' qarrejja f'pajjiż li kien jiddependi fuqha biex isir jaf x'kien qed jagħmel il-gvern. Kienet kitbet [...]

Esperti legali ma jaqblux ma’ Adrian Delia: il-President għandu jaħtar lil Therese Comodini Cachia bħala kap tal-oppożizzjoni

By
2020-07-10T15:56:21+02:00Fri, 10th Jul '20, 15:31|

Parir legali li ntalab minn grupp ta' deputati parlamentari li talbu lill-President biex jaħtar lil Therese Comodini Cachia bħala kap tal-oppożizzjoni, jikkonferma li l-Kostituzzjoni tobbliga lill-President li jneħħi lil Adrian Delia mill-kariga u li jaħtar floku lill-kandidat magħżul minnhom. Il-bieraħ inħolqot konfużjoni sħiħa wara li Adrian Delia stqarr li kien bi ħsiebu jibqa' fil-kariga ta' [...]

L-istqarrijiet tal-lum ta’ Ian Abdilla

By
2020-07-10T16:58:14+02:00Fri, 10th Jul '20, 15:29|

Bil-konfużjoni li hemm bħalissa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u bit-theddid ta' Adrian Delia li jisplodi kollox u jġib lill-partit frak, faċli ħafna li wieħed jaljena rasu minn ġrajjiet oħra li qed iseħħu fil-pajjiż. M'għandniex xi ngħidu, wieħed faċli li jaljena rasu għaliex Adrian Delia qed jhedded bit-tifrik appuntu sabiex ma nindunawx b'dak kollu li qed [...]

PODCAST: Mexxej tal-isem. U ieħor ta’ veru.

By
2020-07-09T16:34:12+02:00Thu, 9th Jul '20, 12:33|

Emanuel Delia · A Leader In Name. Another In Fact. Il-vot li ttieħed jumejn ilu fil-grupp parlamentari tal-PN seta' ttieħed sena jew sentejn ilu. Seta' ttieħed saħansitra qabel Adrian Delia ġie elett bħala Kap tal-Partit f'Settembru 2017. Jum qabel l-elezzjoni għall-kariga ta' Kap tal-Partit, Simon Busuttil kien pubblikament ta parir lil Adrian Delia biex ma [...]

It-tliet passi ta’ Adrian Delia

By
2020-07-07T11:42:17+02:00Tue, 7th Jul '20, 08:45|

Adrian Delia m'hu xejn ħlief eżempju ħaj ta' kif ikun tirann populista. Jiġi jaqa' u jqum li m'għandux l-appoġġ tal-grupp parlamentari tiegħu. Jiġi jaqa' u jqum li ma jistax ikollok kap tal-oppożizzjoni li jkun nieqes mill-appoġġ tal-oppożizzjoni. Bi ħsiebu jibqa' mkaħħal mal-leġittimità li tah Partit li jinsab maħkum minn nuqqas ta' ħeġġa u li m'għandux [...]

X’fihom il-borom li kixef il-Koħħu?

By
2020-07-03T18:53:56+02:00Fri, 3rd Jul '20, 10:44|

Illum xehed quddiem il-bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia dak li kien l-avukat ta' Vince Muscat il-Koħħu. Huwa stqarr li kien jaf li jinsab fil-periklu iżda l-Pulizija kienu ċaħdulu l-protezzjoni għaliex qalu li jekk jagħtuh din il-protezzjoni, kulħadd isir jaf li l-Koħħu kien qed jikxef il-borom. Iżda sa dakinhar kulħadd kien sar jaf [...]

Waqqgħetilna wiċċna ‘l art

By
2020-07-03T12:48:05+02:00Fri, 3rd Jul '20, 09:01|

Dalgħodu fuq ir-radju numru ta' lagħqa tgħidx kemm faħħru lil Julia Farrugia Portelli għall-mod kif wieġbet il-mistoqsijiet f'intervista li għamlulha tal-BBC il-bieraħ. Tgħidx kemm iggustawha talli stiednet lil Boris Johnson biex jagħmel il-jogging magħha. Tabilħaqq għandna gvern mill-medjokri għall-medjokri. Il-bieraħ fuq it-televiżjoni Julia Farrugia Portelli waqqgħetilna wiċċna 'l art bil-mistħija. Staqsewha mistoqsijet li huma marbutin [...]

It-tajn li xeħet Glenn Bedingfield weħillu ma’ jdejħ.

By
2020-07-02T14:17:42+02:00Thu, 2nd Jul '20, 10:33|

Dak li stqarr Robert Abela l-bieraħ jidher li ma wasalx f'widnejn Glenn Bedingfield. Quddiem il-bini tal-Parlament, il-mexxej tal-partit lill-ġurnalisti qalilhom li ma' ġara' xejn li wieħed seta' kien ħabib, ħobża u sikkina jew soċju fin-negozju ma' Yorgen Fenech sakemm dan kien għadu ma ġiex mixli bi qtil. Ġewwa l-bini tal-Parlament, Glenn Bedingfield tkellem u qal [...]

Baqgħu mdendlin ma’ djul Yorgen

By
2020-07-01T19:24:28+02:00Wed, 1st Jul '20, 15:16|

Robert Abela wiegħed livelli għoljin ta' mġieba fejn għandha x'taqsam il-governanza. Iżda milli jidher il-ministri mhux bi ħsiebhom jintrabtu b'din il-wegħda u dan ma jmurx xi wieħed (jew aktar) minnhom jinqabad bil-qalziet imniżżel sa għarqubu. Illum huwa wieġeb għall-mistoqsijiet li l-ġurnalisti qed jagħmlu lill-ministri wara li ftit tal-jiem ilu Paul Caruana Galizia xandar tweet li [...]

Go to Top