L-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mhuwiex armat kif wieħed jistenna li għandu jkun
Persuna anonima fuq il-blog ta’ Simon Mercieca staqsiet mistoqsija importanti. L-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għaliex qed “jitlef ġuri wara l-ieħor”? Jekk inqiegħdu l-mistoqsija fi kliem ieħor, inkunu nistgħu nintebħu l-għala hi importanti: x'inhi r-raġuni li Malta mhux jirnexxilha twassal biex jiġu kundannati biżżejjed minn dawk li jgħaddu ġuri? Din il-mistoqsija hi waħda importanti għax hi mwielda [...]