Qed inxandar l-iskript ta’ ix-Xiħa, dramm oxxen ta’ Mario P Azzopardi dwar Daphne

By
2022-03-31T20:13:07+02:00Thu, 31st Mar '22, 13:31|

Tista' tniżżel hawn l-iskript ta' ix-Xiħa li se tittella' ftit tal-ġranet oħra fuq il-palk tat-teatru nazzjonali ta' Malta. L-iskript ta' ix-Xiħa Mhuwiex il-ħsieb tiegħi li lil dan id-dramm nagħmillu riklam. Lanqas mhi l-intenzjoni tiegħi li nara li jsegwuh ħafna nies. Jien nirrispettak u jekk trid tieħu ħsieb is-saħħa fiżika u mentali tiegħek, ikun aħjar jekk [...]

Dawk li Robert Abela ħalla barra

By
2022-03-31T17:44:25+02:00Wed, 30th Mar '22, 15:45|

Robert Abela keċċa żewġ ministri tal-gvern u lil ieħor qasqaslu ġwinħajh. Dawn it-tlieta lkoll kienu taħt l-iskrutinju tal-istampa, tal-oppożizzjoni, tas-soċjetà ċivili u ta' deputati parlamentari "skaduti" li "n-nies ma jriduhomx" bħal Karol Aquilina u Jason Azzopardi, fost oħrajn. Peress li għad għandu saħħa politika kbira tant li ma setax jitħalla b'idu f'idu, Ian Borg tneħħielu [...]

Velenu

By
2022-03-31T17:50:39+02:00Tue, 29th Mar '22, 08:57|

Joe Camilleri mis-Siġġiewi isibuh bil-laqam tal-Putri. Kuljum preċett qiegħed itella' ritratti mimlijin mibgħeda dwar numru żgħir ta' persuni li għandu lanżita għalihom. Biex ikollkom idea, agħtu daqqa t'għajn lejn dak li tella' ftit tal-jiem ilu. Fost il-vittmi tal-mibgħeda tiegħu għandek issib lil president ta' Repubblika Robert Aquilina u lil ħuh Karol, eks-deputat mal-PN u x'aktarx [...]

Bid-diskors, kontra l-preferenzi. Bil-fatti, favurihom.

By
2022-03-21T12:07:10+01:00Mon, 21st Mar '22, 08:55|

Robert Abela "jikkundanna l-preferenzi". Skont The Malta Independent huwa ġie mistoqsi jikkummenta "fuq storja dwar Laburist li ftaħar fil-mezzi soċjali li ta palata lil "ħutu Laburisti" biex jitħaffu appuntamenti dwar interventi mediċi.  Il-Prim Ministru stqarr li l-gvern jipprovdi servizzi ugwali għal kulħadd, inkużi dwak fil-qasam mediku. 'Jekk tassew kien hemm każ fejn xi ħadd sarlu [...]

Ara ma tmorrux temmnu li lil Joe Debono Grech irxuxtawh u difnuh. Huwa d-“delegat speċjali” ta’ Robert Abela

By
2022-03-17T17:10:14+01:00Thu, 17th Mar '22, 11:17|

Dawn jogħxew jitnejku bin-nies. L-ewwel ġabu lil Joe Debono Grech biex jiftaħar bil-korruzzjoni - il-korruzzjoni li titwettaq mill-Partit Laburista li bis-saħħa tagħha wieħed ikun jista' jakkwista. Iżda, wara li serraħ rasu li diskors bħal dan niżel għasel ma' dawk li għamlu karriera jakkwistaw mill-korruzzjoni u li issa għandu bżonn il-vot tagħhom, Robert Abela pprova jitbiegħed [...]

Robert Abela għandu jġiegħel lil Rosianne Cutajar trodd lura lill-poplu t-€28,000 li tħallset

By
2022-03-17T17:13:05+01:00Wed, 16th Mar '22, 15:34|

Robert Abela ġie mistoqsi jikkummenta dwar il-bonus li tħallas lil Rosianne Cutajar wara li din tkeċċiet mill-Kabinett hekk kif inkixfet li kienet ħbiet għotja ta' €9,000 mingħand Yorgen Fenech u dan qabel tkellmet biex taqbeż għalih fil-Kunsill tal-Ewropa u fil-Parlament Malti. U dan biex ma nsemmix ukoll li ma ddikjaratx dħul minn senserija għal finijiet [...]

Mill-vilel lussużi tagħhom, dawn għandhom l-ardir jixlu lil ħaddieħor b’elitiżmu

By
2022-03-15T19:05:28+01:00Tue, 15th Mar '22, 08:57|

Ilbieraħ il-ġurnalist tal-Malta Today James Debono xandar analiżi dwar il-permess li kien inħareġ għall-villa ta' Robert Abela li tinsab fil-limiti taż-Żejtun u barra miż-żona ta' żvilupp. U, minkejja dan, il-paġni ta' quddiem tal-ġurnali tal-lum jittrattaw dwar l-ispjegazzjonijiet li għamel Bernard Grech dwar l-issanzjonar li kien sar mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-villa tiegħu f'żona residenzjali fil-Mosta. Għal darb'oħra [...]

Anki għal-latrini ħasbulna

By
2022-03-16T09:44:28+01:00Tue, 15th Mar '22, 07:30|

Malli l-uffiċjali tal-Partit Laburista waslu għan-numru 964 fil-lista twila ta' wegħdiet elettorali, x'aktarx ħassew li ma kienx ser ikollhom il-ħila li  jagħmlu elf wegħda. Araw ftit sa fejn kellhom jaslu biex, fid-disperazzjoni tagħhom, waslu biex għaqqdu l-1000. Agħtu daqqa t'għajn hawn taħt lejn x'qed iwiegħdu għal-latrini pubbliċi:  

Korrotti u kburin

By
2022-03-14T19:59:25+01:00Mon, 14th Mar '22, 15:17|

The Shift News irrappurtat li f'Għawdex, lejliet maratona dwar ġbir ta' fondi, Robert Abela ltaqa' ma' kuntratturi Għawdxin f'attività organizzata minn Joseph Portelli. Waqt il-maratona li seħħet l-għada - maratona li huwa ovvju li saret biex tgħatti l-ħasil ta' flejjes imħallsin illegalment mill-kuntratturi lill-prim ministru - ħabbru li ġabru 'l fuq minn €1,000,000. Ftit tal-jiem [...]

Tibqgħux tinqdew bit-tfal

By
2022-03-13T12:56:08+01:00Sat, 12th Mar '22, 07:20|

Tistgħu jekk jogħġobkom ma tibqgħux tinqdew bit-tfal għall-kampanja elettorali? Xi kultant ikun jidher li dawn ikunu qed iħossuhom skomdi. Xi dritt għandna li ndeffsuhom fid-dinja tal-adulti li la tiswiehom ta' ġid u lanqas tinteressahom?

Ma tgħallmu xejn

By
2022-03-12T12:53:58+01:00Fri, 11th Mar '22, 08:43|

Issemmejt fid-dibattitu tal-bieraħ li seħħ fl-Università bejn il-mexxejja tal-partiti. Il-moderatriċi, Yasmine Ellul (li spikkat ferm matul id-dibattitu) staqsiet mistoqsijiet lill-mexxejja dwar it-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. F'dak il-kuntest, Bernard Grech semma' l-famuż kartellun tal-Partit Laburista li fih ritratt tiegħi. Il-mexxej Nazzjonalista fakkar (għal darb'oħra) li tal-Labour ma tgħallmu xejn minn [...]

X’aktarx li Alla nħbielu f’xi kont fil-Panama

By
2022-03-06T18:36:55+01:00Sun, 6th Mar '22, 06:57|

L-aħbar li Konrad Mizzi skopra lil Alla - x'aktarx kien qed jinħeba f'xi kont bankarju fid-Dubaj ta' kumpannija fil-Panama miżmuma f'trust ġewwa New Zealand - mhix daqstant importanti. Jalla li lil Alla jagħtih dak li hu ta' Alla. Iżda sadattant, Ċesri tħalla jistenna li jingħata dak li hu tiegħu. Jalla ruħ Konrad issib il-wens u [...]

It-12-il jum: Lill-ġurnalisti ser jitħalla jibqa’ jaħrabhom?

By
2022-03-04T20:38:15+01:00Fri, 4th Mar '22, 08:30|

Ritratt: Newsbook Ftakart f'waħda minn dawk l-ikliet li tista' ssegwihom f'xi film ta' Luis Buñuel. Jekk int wieħed minn dawk li segwejthom, taf x'irrid infisser. U jekk ma segwejthomx, mhux ser jirnexxilek tifhem, anki meta nipprova nfiehmek. Din il-kampanja elettorali m'għandix l-iċken dubju li ser tintrebaħ minn tal-Labour. Iżda minkejja dan, għal Robert [...]

Mhux sejrin ifiequ mill-velenu li jbellgħulhom

By
2022-03-03T21:37:12+01:00Thu, 3rd Mar '22, 07:36|

Il-mibgħeda u l-ħdura mhumiex imsejsin fuq ir-raġuni. Huma forma ta' mard li ma jidhirx li jeżisti fejqan għalihom. Ilbieraħ Pia Zammit u jien waħħalna kartellun mal-faċċata tal-uffiċju tagħna ddisinjat minn Ġorġ Mallia fejn jidhru jdejn Vladimir Putin imċappsin bid-demm. Iddikjarajna li ninsabu solidali mal-Ukrajna. Kont nistenna li l-biċċa l-kbira tan-nies għandhom jaqblu ma' din id-dikjarazzjoni. [...]

Id-9 jum: (1) Riżorsi pubbliċi

By
2022-03-02T13:28:56+01:00Tue, 1st Mar '22, 11:06|

Persuna li tieħu ħsieb is-sigurtà ta' Robert Abela f'dan ir-ritratt jidher liebes maskra maħruġa lilu mill-gvern li fuqha tidher l-arma uffiċjali ta' Malta. U ija. Tfettieq. Jiena ngħid li dan huwa każ li jissimbolizza marda li ma ħakmitniex minn kemm ilu li tal-Labour telgħu fil-gvern u dan għaliex jien ukoll kont, sa ċertu punt, ħati [...]

Go to Top