Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta pubblika baqgħu sal-lum ma twettqux. X’inhi l-iskuża tal-gvern issa?

By
2023-01-31T11:56:23+01:00Tue, 31st Jan '23, 10:34|

Rapporti mxandra minn Transparency International  jikkonfermaw li Malta baqgħet tiġi meqjusa bħala pajjiż korrott, illum aktar mis-sena li għaddiet. Transparency International tat spjegazzjoni ċara u sempliċi għal dan. Ħames snin ilu ġiet assassinata ġurnalista f'Malta talli din ażżardat tinvestiga u xxandar stejjer dwar korruzzjoni. Sal-lum, kien messna wrejna li tgħallimna min-nuqqasijiet tal-imgħoddi. Sal-lum kien messna [...]

Il-kodiċi tal-etika li jorbot lill-ġudikanti, jorbot lilek ukoll Sur Prim Ministru

By
2023-01-30T12:27:02+01:00Mon, 30th Jan '23, 07:50|

Fid-diskors tiegħu tal-bieraħ il-prim ministru stqarr li huwa kien tkellem ma' maġistrat, li ismu jew isimha ma ssemmiex, dwar dak li hu jqis bħala sentenzi tal-qorti li ma jagħtux pieni ħorox. Robert Abela ħadem fil-qorti għal snin twal. Jaf ben tajjeb li, anki f'diskursati ta' natura privata, ma jistax jaqbad u jitkellem ma' [...]

Koxxa ma’ koxxa

By
2023-01-25T11:14:35+01:00Wed, 25th Jan '23, 10:13|

Żminijet oħra: Jesmond Gatt, l-ewwel fuq ix-xellug, dak iż-żmien chief officer fil-Bank Ċentrali ta' Malta u li dalwaqt ser jilħaq Chairman tal-MFSA, jittawwal minn fuq spallejn Edward Scicluna, li kien u għadu Gvernatur tal-Bank Ċentrali u direttur insinjifikanti fuq il-bord tal-MFSA. It-Times of Malta llum xandret rapport li jgħid li Jesmond Gatt ser [...]

Il-veterani tal-Labour igħidu tagħhom

By
2023-01-19T15:31:49+01:00Thu, 19th Jan '23, 12:56|

Bħalissa qed tidher dejjem aktar ċara l-firda morali ta' bejn il-ġenerazzjonijiet li hemm fi ħdan il-Partit Laburista. M'hemm assolutament xejn ġdid f'dak li qed iseħħ. Dom Mintoff kien kisirha bl-aħrax mal-mexxej ta' qablu. Alfred Sant kien pubblikament għajjar lil Dom Mintoff "traditur" tal-moviment Laburista u dan wara li kien pinġa lilu nnifsu bħala l-oppost ta' [...]

Qed ninjoraw il-karba tat-tfal

By
2023-01-13T12:51:41+01:00Fri, 13th Jan '23, 08:59|

Jekk irridu nibqgħu nitqiesu bħala bnedmin ta' qalb kbira, ma nistgħu qatt ngħattu għajnejna għall-kefrija ta' dan il-gvern. B'mod speċjali meta l-vittmi tal-gvern ma jkunu ħadd ħlief it-tfal. M'hux biżżejjed li noqgħodu nikkunslaw bil-fatt hija ħaġa naturali għalina bħala bnedmin tad-demm u l-laħam li lit-tfal nieħdu ħsiebhom, nagħtu l-kenn li dawk it-tfal li jisfaw weħidhom [...]

Tlibbes żarbun li qajla jiġieh

By
2023-01-09T10:42:15+01:00Mon, 9th Jan '23, 08:18|

Intqal ħafna u nkitbu patafjuni hekk kif feġġet l-aħbar li Clayton Bartolo, qiesu mhux hu, għażel li jattendi għal logħba tal-futbol bejn skwadra li tirrappreżenta l-kostitwenza tiegħu u l-Manchester United liebes gakketta bl-arma tal-iskwadra Ingliża. F'dawn il-ġranet, l-inċident kien is-suġġett ewlieni li qajjem kjass fil-pajjiż. Kien hemm min stqarr li Clayton Bartolo għadu mwaħħal fiż-żmien [...]

Ser ikomplu jgħaddu romblu

By
2023-01-05T14:10:25+01:00Wed, 4th Jan '23, 09:04|

Robert Abela qed jibqa' jippersisti bit-theddid. Aqraw x'kont ktibt dakinhar li Robert Abela għall-ewwel darba hedded lil tal-oppożizzjoni li jekk jibqgħu ma jaċċettawx l-għażla tiegħu għall-ħatra ta' Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, kien lest li jibdel il-liġi biex - bihom jew mingħajrhom - tgħaddi tiegħu. M'hux bi ħsiebni  noqgħod nirrepeti dak li kont ktibt iżda nixtieq [...]

Bħal ħaruf sejjer għall-qatla

By
2023-01-04T12:32:26+01:00Wed, 4th Jan '23, 08:48|

Bismarck darba kien stqarr li ż-żewġ affarijiet li l-pubbliku m'għandux jitħalla jara kif jitfasslu huma tnejn: iz-zalzett u l-liġijiet. Dan kien serva bħala kanċillier f'pajjiż li fih il-kariga ta' kap ta' stat kienet waħda li tintiret - fatt li aktar tard kien wassal għat-tneħħija tiegħu mill-kariga. Li kieku kien isir jaf dwar kif jinħatru l-kapijiet [...]

Go to Top