Il-rapporteur li nħatar mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex jissorvelja dak kollu li qed iseħħ f’Malta għamel tweet b’reazzjoni għall-istorja li xandret is-Sunday Times of Malta.
Dan għamel mistoqsija li l-awtoritajiet biss jistgħu u huma fid-dmir li jwieġbu. L-awtoritajiet ilhom aktar minn sena li saru jafu dak li sirna nafu biħ illum. Persuni li huma taħt suspett ġew identifikati, inkixfu s-sorsi ta’ ħlasijiet u tkellmu x-xhieda. U ma saru ebda arresti. Għaliex?
Iżda hemm ukoll mistoqsijiet li huma aktar pertinenti li jeħtieġu t-tweġibiet. Il-gvern ma jistsx jibqa’ fommu sieket.
L-istejjer li nkixfu llum mill-mezzi tax-xandir Maltin iqajjmu dubju dwar kemm tassew huwa minnu li l-awtoritajiet għamlu minn kollox biex isibu tarf l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia: aqraw uħud minnhom hawn @BorgJake @Earthling70 @Manwel_Delia
1/10— Pieter Omtzigt (@PieterOmtzigt) October 6, 2019