Owen qed jitħajjar li jġorr?

By
2021-11-05T10:15:53+01:00Thu, 4th Nov '21, 20:54|

Jekk Owen jitħajjar iġorr lejn Filfla, lil din il-biċċa blata jmissna nagħtuha l-indipendenza u nerħulu jiddkjara lilu nnifsu Imperatur. Ibqgħu ċerti li għandu jibbrilla aktar minn uħud mill-gremxul. X'aktarx. Jinqala' ħafna biex iħammrilna wiċċna.

Tgħid għaliex jinħaraq daqshekk meta jixluh li hu korrott?

By
2021-11-04T17:21:12+01:00Wed, 3rd Nov '21, 16:05|

Kif tista' ma tlumx lil dawk iż-żgħażagħ li qatgħu qalbhom minn dan il-pajjiż? Li kieku llum xi wħud minnhom segwew il-laqgħa tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, kien ikollhom stampa ċara dwar kif taħdem id-demokrazija tagħna. Tal-mistħija. M'hemmx mod aħjar kif tista' ssejħilha. Konrad Mizzi lissen l-istess paniġierku bl-użu ta' kliem differenti għal xi 50 darba. U kull [...]

Kif m’għandekx tgħallem lit-tfal dwar l-indafa tal-ħalq

By
2021-11-03T14:51:38+01:00Wed, 3rd Nov '21, 09:58|

Distributur f'Malta ta' toothpaste speċjali għat-tfal kellu jiskuża ruħu mad-dentisti Maltin wara li Rosianne Cutajar użat il-prodott tagħhom fil-kampanja tagħha tal-Halloween. F'ritratti li Rosianne Cutajar tellgħet fil-Facebook fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet jidhru boroż li hi qassmet lit-tfal li kienu mimlijin bil-ħelu u b'tubi tat-toothpaste tad-ditta Vitis Junior. Fil-Facebook Cutajar kitbet li “ma kull borża [...]

Sur Prim Ministru, fittex xandar l-abbozz tal-liġi kontra l-iSLAPP

By
2021-11-03T06:49:38+01:00Tue, 2nd Nov '21, 09:40|

Hu u jwieġeb mistoqsija tad-deputat tal-Oppożizzjoni Claudette Buttigieg, il-Prim Ministru Robert Abela kkonferma li għal bosta xhur ilu jaħdem biex jitfassal abbozz tal-liġi kontra l-iSLAPP u dan "biex isaħħaħ il-protezzjoni tal-ġurnalisti". Id-deputat għamlet din il-mistoqsija għaliex sa ftit ilu, l-PM stqarr li l-liġi kienet se tiġi ppreżentata għall-konsiderazzjoni tal-Parlament fi ftit ġranet. Allura fejn hi [...]

Qorti tiċħad kawża ta’ libell ta’ Raphael Vassallo: artiklu tiegħi dwar l-omertà mhuwiex libelluż

By
2021-11-02T13:40:48+01:00Mon, 1st Nov '21, 17:32|

Il-qorti llum ċaħdet talba li Raphael Vassallo kien għamel kontra tiegħi dwar artiklu li jien kont xandart f'Ottubru tal-2019 li fih semmejt l-introduzzjoni ta' liġijiet speċifiċi fl-Italja fis-snin 80 bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-mafja. Fl-artiklu kont irriferejt għall-kunċett ta' omertà, li kont ktibt li jinkludi sitwazzjonijiet li fihom ġurnalisti jqarrqu bil-qarrejja tagħhom billi jippruvaw [...]

Iċ-ċejċa ta’ Rosianne u ta’ Silvio

By
2021-11-01T17:52:21+01:00Mon, 1st Nov '21, 09:12|

L-ewwel lezzjoni li kienet għallmitni ommi kienet dik ta' meta bagħtitni nixtilha l-butir u l-perżut mingħand il-ħanut tal-merċa ta' faċċata. Kienet tgħidli biex, qabel naqsam it-triq, nittawwal sewwa lejn ix-xellug u lejn il-lemin tiegħi. U biex li min joffrili l-ħelu, ngħidlu "le grazzi". Il-ħelu ma jsolvix il-problemi. Rajna lil Rosianne Cutajar u lil Silvio Schembri, [...]

Apoloġiji strateġiċi

By
2021-10-31T22:00:29+01:00Fri, 29th Oct '21, 09:39|

Jumejn ilu, it-TV tal-Labour stqarr li fuq l-għatba tal-bieb tal-Kwartier Ġenerali tal-Pulizija qed tinħema konġura "mill-establishment" biex tinsteraq is-setgħa minn idejn il-Partit Laburista. Il-"provi" ta' din il-konġura kienu ritratt fejn jidhru saċerdot, ġurnalist, deputat tal-Oppożizzjoni u attivisti ta' Repubblika, li lkoll kienu qrib xulxin. Minn hemm 'il quddiem, il-portavuċi tal-Labour Karl Stagno Navarra stqarr li [...]

Tixwix u mibgħeda

By
2021-10-28T16:47:29+02:00Thu, 28th Oct '21, 08:55|

It-tixwix qed iseħħ kuljum. Jien kien imissni li ktibt dwaru kull darba li jseħħ. Jeħtieġ nifhmu l-importanza dwar kif tal-One TV ixandru rapporti u kummenti dwar protesta tas-soċjetà ċivili għaliex il-One TV huwa stazzjon kontrollat mill-partit fil-gvern u li jitkellem f'ismu. Din mhi xejn ħlief ir-reazzjoni tal-istat Malti għall-protesta paċifika ta' grupp żgħir ta' persuni [...]

L-attivisti ma jistħoqqilhomx li jkunu mifdija

By
2021-10-28T16:37:21+02:00Thu, 28th Oct '21, 06:54|

Konna nafu li jekk niddeċiedu li mmorru quddiem il-kanċell tal-kwartier ġenerali ta' Pulizija biex neżiġu li dawn jieħdu passi kontra eks ministru tal-gvern li huma msejsin fuq provi ta' tixħim li ilhom 5 snin li nkixfu, kien ser ikun hemm min jitmeżmeż. U konna nafu li wħud minn dawn kienu ser jerħulha għal fuq il-Facebook [...]

Lil Laura Kovesi m’aħniex ser ngħadduha biż-żmien

By
2021-10-27T21:25:53+02:00Wed, 27th Oct '21, 14:33|

Tgħid ma jsirux rapporti dwar qerq u frodi marbutin mal-infiq ta' fondi Ewropej f'Malta għaliex qed ngħixu f'pajjiż uniku fid-dinja li huwa nieqes mill-kriminalità? Jew għaliex ninsabu mgħaddsin sa geddumna fil-ħara u mnifsejna tant draw ir-riħa tinten li m'għadniex inxommuha? Il-prosekutur tal-Unjoni Ewropea Laura Kovesi llum laqtet il-musmar fuq rasu. L-aġenziji Maltin tal-infurzar ma jinvestigawx [...]

Nefqu €438,804.41 minn flusek biex ifaħħru l-baġit tas-sena d-dieħla

By
2021-10-27T16:18:59+02:00Wed, 27th Oct '21, 09:23|

Ritratt: Jonathan Borg Il-gvern ma jsegwi ebda regoli u m'hemm ħadd li jista' jgħarbel il-mod kif jonfoq flus pubbliċi f'dak li huma riklamar u relazzjonijiet pubbliċi.  F'bosta pajjiżi oħra jeżistu liġijiet li ma jippermettux ministri li jonfqu flus il-poplu f'propaganda partiġġjana. Kull gvern huwa fid-dmir li jinforma lill-poplu dwar dak kollu li jkun [...]

Il-prijoritajiet jidher li nsejniehom

By
2021-10-27T16:26:27+02:00Tue, 26th Oct '21, 10:52|

Minn stħarriġ li sar jirriżulta li madwar 5,000 tifel u tifla tal-iskola m'għandhomx l-użu ta' laptop biex ikunu jistgħu jsegwu lezzjonijiet online. Dawn it-tfal tilfu l-biċċa mdaqqsa mill-iskola tagħhom matul is-sena l-oħra meta ngħalqu l-iskejjel. U issa se jitilfu l-opportunità li jikkomunikaw ma' sħabhom li jistgħu jużaw il-Google, jistaqsu mistoqsijiet lill-għalliema permezz tal-messaġġi u jaqsmu [...]

Erġa’ għidilna l-għala Konrad Mizzi għadu sal-lum jiġri barra

By
2021-10-25T18:11:46+02:00Mon, 25th Oct '21, 15:43|

Kien issemma' fl-iskandlu tal-Panama Papers tal-2016. Inkixef li ħoloq struttura finanzjarja biex ikun jista' jirċievi flejjes ġejjin mit-tixħim. Inkixef mill-Awditur Ġenerali li kien indaħal direttament fit-tqassim ta' kuntratti pubbliċi. Inkixef li kellu x'jaqsam mal-bejgħ tal-ishma tal-Enemalta lil Shanghai Electric. Inkixef dwar in-negozju tal-Montenegro. Inkixef dwar in-negozju tal-Vitals. Inkixef li kiser il-kunfidenzjalità dwar il-proġett tal-ITS. Naqas [...]

La jibża’ minn dellu u lanqas m’hu ġifa. Huwa biss kriminal.

By
2021-10-26T10:13:21+02:00Mon, 25th Oct '21, 10:55|

Ara ma jkunx hemm min jgħaddilu minn moħħu li Konrad Mizzi jinsab beżgħan mill-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi. Il-biża' m'għandha x'taqsam xejn. Li kieku kien beżgħan, kien jattendi għas-seduta u kien jimbarazza lilu nnifsu hu u jwieġeb ripetutament li "jagħżel li ma jweġibx" jew kien iqabbad lill-avukat biex iwieġeb f'dan is-sens floku. Konrad Mizzi jaf [...]

Joseph Muscat imsejjaħ bħala xhud tad-difiża fil-proċess kriminali kontra Matteo Salvini dwar ħtif ta’ migranti

By
2021-10-24T19:52:38+02:00Sun, 24th Oct '21, 09:18|

Joseph Muscat ser jissejjaħ biex jixhed flimkien ma' xhieda oħrajn fil-ġuri kriminali ta' Matteo Salvini, il-kap tal-partit lemini l-Lega fl-Italja u eks Ministru tal-Intern li jinsab mixli bi ħtif ta' persuni wara li, għal bosta ġranet, ma ppermettix li vapur ta' NGO Spanjola jidħol fil-port ta' Lampedusa b'147 migranti abbord. Għalkemm Joseph Muscat huwa biss [...]

Uliedna diġà qed jisħtuna

By
2021-10-23T23:00:36+02:00Fri, 22nd Oct '21, 10:17|

Niksaħ meta niftakar bil-mod kif Ian Borg qiegħed kliemu meta tkellem favur il-ħtieġa tal-bini ta' metro: 'Jekk nibqgħu ma nagħmlu xejn, uliedna għad jisħtuna'. Qatt f'ħajti ma niftakar li kkwotajt lil Ian Borg dwar xi ħaġa li qbilt magħha. Jekk dak li qal Ian Borg jitneħħa mill-kuntest speċifiku tal-idea li tinbena metro u għal mument [...]

Merħla mogħoż

By
2021-10-21T19:17:04+02:00Thu, 21st Oct '21, 10:10|

Jidher li mhux biżżejjed għall-membri ta' dan il-gvern il-kważi ċertezza li ċ-ċens li għandhom fuq is-siġġu tas-setgħa ser jiġġeddidilhom għal 5 snin oħra. Xorta waħda jħossu l-ħtieġa li l-qilla tat-trolls jinfexxuha fuq l-avversarji tagħhom li ta' sikwit itemmu n-nuqqas ta' argumenti li jġibu bil-kliem “erbgħin elf” u bi stampa ta' ringiela lumi. Araw ftit x'għoġbu [...]

Go to Top