L-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mhuwiex armat kif wieħed jistenna li għandu jkun

By
2021-09-24T16:13:05+02:00Wed, 22nd Sep '21, 15:37|

Persuna anonima fuq il-blog ta’ Simon Mercieca staqsiet mistoqsija importanti. L-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għaliex qed “jitlef ġuri wara l-ieħor”? Jekk inqiegħdu l-mistoqsija fi kliem ieħor, inkunu nistgħu nintebħu l-għala hi importanti: x'inhi r-raġuni li Malta mhux jirnexxilha twassal biex jiġu kundannati biżżejjed minn dawk li jgħaddu ġuri? Din il-mistoqsija hi waħda importanti għax hi mwielda [...]

Imwiet politiċi

By
2021-09-22T14:11:10+02:00Mon, 20th Sep '21, 15:48|

Il-kriżi fil-ħabs issa ġiet "politiċizzata". Qed nuża l-kelma kif tintuża fil-Malti skont it-tifsira li akkwistat fil-kuntest lokali u mhux skont kif fil-fatt tfisser. F'Malta oġġett isir "politiċizzat" meta ma tibqax isseħħ il-possibilità li wieħed ibiddel il-fehma ta' min jibqa' jirrepeti dak li jistqarr il-partit politiku tiegħu. Il-mewt ta' persuna li kienet taħt il-kustodja tal-istat hi [...]

Trid tkun Giovanni Grixti

By
2021-09-19T12:28:07+02:00Fri, 17th Sep '21, 17:26|

Tassew tal-mistħija. Is-sentenza li sar magħruf għaliha hija dik li permezz tagħha kien qabel mal-appell li kienu għamlu l-Klikka tal-Panama minn digriet tal-Qorti tal-Maġistrati li kien ordna li jingħata bidu għal inkjesta in genere dwar dak li kien qed isostni Simon Busuttil fis-sens li l-Panama Papers kellhom xamma kbira ta' twettiq ta' reat kriminali. Giovanni [...]

Taqdef għal rasha fil-ħara

By
2021-09-19T16:02:33+02:00Fri, 17th Sep '21, 16:01|

Josette Schembri Vella, magħrufa aħjar minn bosta qarrejja ta' kitbieti bħala mart il-Prinċep tad-Dlamijiet, illum - fl-aħħar - ittellgħet il-Qorti u ġiet mixlija b'ħasil ta' flus maħmuġin. Ittellgħet il-Qorti wkoll kumpannija li fiha hi għandha l-ishma. Waqt li l-avukati kienu qed jittrattaw dwar it-talba tagħha għal-libertà proviżorja, kien hemm it-tfesfis fil-widnejn dwar ċifra f'ewro b'numru [...]

Tat-TVM: tajbin biss biex jgħattu x-xtur?

By
2021-09-17T21:16:16+02:00Fri, 17th Sep '21, 10:14|

Mingħalina li ninsabu fis-sena 2021. Iżda l-fatti juru li erġajna lura għas-sena 1984. Player tal-waterpolo ġie sospiż milli jilgħab f'10 logħbiet u ġie mmultat €960 wara li l-kummissarju tad-dixxiplina tal-għaqda li tmexxi dan l-isport sabu ħati li hedded li joqtol uffiċjal tal-għaqda li torganizza l-logħob tal-waterpolo. Lest naħfrilkom jekk taħsbu li din mhi xejn ħlief [...]

L-imġiba tal-gwardjani kellha l-barka

By
2021-09-19T16:46:53+02:00Fri, 17th Sep '21, 09:24|

Agħtu daqqa t'għajn lejn din l-intervista ta' Matthew Xuereb ma' missier it-tfajla li għamlet suwiċidju fil-ħabs ta' Kordin. Żewġ gwardjani jinsabu mixlija bi qtil involontarju. F'bosta aspetti, l-verżjoni tal-missier xejn ma taqbel mal-istorja uffiċjali. Uffiċjalment, l-awtoritajiet tal-ħabs jgħidu li ma kellhomx għalxiex jissuspettaw li Kim Borg riedet toqtol ruħha b'idejha. Missierha qal lit-Times of Malta [...]

Byron Camilleri għandu jwarrab

By
2021-09-17T21:20:50+02:00Thu, 16th Sep '21, 10:08|

Issa li l-prosekuturi fetħu kawża kontra gwardjani tal-ħabs dwar il-mewt ta' priġuniera li seħħet taħt għajnejhom, tfeġġ il-kwistjoni dwar min għandu jerfa' r-responsabbiltà politika. F'dan pajjiżna bħallikieku ngħixu kuljum maħkumin mid-deni tal-elezzjoni. Saħansitra anki sa erba' snin qabel elezzjoni, l-gvern tant ikun imwerwer li ser jitlef xi vot li lanqas biss jazzarda jammetti li wieħed [...]

Ir-rappreżentanta tagħna fi New York

By
2021-09-16T20:48:53+02:00Thu, 16th Sep '21, 09:26|

Issejaħlu multi-tasking. Imma fil-fatt, l-Ambaxxatriċi Maltija f'New York, Vanessa Frazier, fuq l-Instagram tagħha qed turi d-disprezz tagħha lejn l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Xebgħet tisma', qagħdet issegwi l-futbol fuq il-mobajl u ħalliet l-ambaxxaturi tad-dinja jreddnu hi u tinjorahom. Kif jgħid il-Malti: din fiha u ma fihiex. Imma mbagħad wriet id-disprezz tagħha mal-kumplament tad-dinja lejn id-dmirijiet tagħha. [...]

Illejla: Velja għall-Verità u l-Ġustizzja

By
2021-09-16T11:38:24+02:00Thu, 16th Sep '21, 07:18|

Il-passi kbar 'il quddiem li għamilna għandhom iqawwulna qalbna biex inkomplu fit-triq minkejja t-tentazzjoni li tħajjarna nieqfu. Fadlilna wisq x'nitgħallmu u għadha 'l bogħod wisq il-ġustizzja. U l-ġustizzja mhix ser iseħħ jekk noqogħdu b'idejna fuq żaqqna. Il-velja tal-lejla fis-7pm fil-misraħ tal-Assedju l-Kbir il-Belt Valletta hi sejħa oħra għat-twettiq tal-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia. Ma nserrħux [...]

AĠĠORNATA: L-inkjesta tal-VGH: rapporti ta’ rejds mill-Pulizija

By
2021-09-11T18:00:52+02:00Sat, 11th Sep '21, 01:39|

Aġġornata: 10:45 am bit-tweġiba ta' Kevin Deguara Ninsab infurmat li l-Pulizija għamlu rejd fl-uffiċċji u fir-residenza tal-avukat Kevin Deguara, wieħed mis-sħab ta' DF advocates kif ukoll wieħed mill-azzjonisti tal-proġett Shoreline fi Smart City. Hu mifhum li dawn ir-rejds saru b'rabta mal-investigazzjonijiet u mal-inkjesta maġisterjali li qed iseħħu bħalissa dwar allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u ta' reati [...]

Il-partiti politiċi wkoll għandhom ikunu l-bidla

By
2021-09-10T18:40:25+02:00Fri, 10th Sep '21, 14:15|

Il-klabbijiet tal-futbol ma jistgħux jiddejnu. L-NGOs huma obbligati jagħtu rendikont lir-regolatur ta' kull ewro li jdaħħlu u li jonfqu. Kull min iħaddem huwa obbligat b'liġi li jnaqqas dak li huwa dovut bħala taxxa mis-salarju tal-impjegati. Kien il-Parlament li għadda dawn il-liġijiet. U huma l-membri parlamentari li jifformaw parti mill-partiti politiċi. U huma l-partiti politiċi li [...]

 Fornitur tal-logħob tal-każinò “jissospendi” s-servizzi lit-Tumas Group

By
2021-09-08T20:28:01+02:00Wed, 8th Sep '21, 08:52|

  Fornitur ewlieni ta’ slot machines u ta' logħob tal-kasinò Novomatic “issospenda" s-servizzi mogħtija lis-swali tal-logħob Portomaso u Oracle tat-Tumas Group wara li qorti ddeċidiet li Yorgen Fenech u uffiċjali għolja oħra tat-Tumas Group għandhom iwieġbu għal akkużi li użaw is-swali tagħhom għall-ħasil tal-flus. Sorsi fit-Tumas Group qaluli li Novomatic, kumpannija bażata fl-Awstrija, informat it-Tumas [...]

Myriam Spiteri Debono tagħmel sejħa favur fidwa nazzjonali wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

By
2021-09-07T15:33:50+02:00Tue, 7th Sep '21, 14:50|

Il-bieraħ in-Nutar Myriam Spiteri Debono għamlet diskors quddiem il-mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-anniversarju ta' tmiem tal-assedju tal-1565 . Myriam Spiteri Debono hi l-unika mara li qatt serviet bħala Speaker tal-Parlament Malti u hi veterana tal-Partit Laburista. Id-diskors tagħha ma ġiex imxandar mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. Hi għalqet id-diskors tagħha b'sensiela ta' riferenzi għal Daphne Caruana [...]

AĠĠORNAT: M ma kinitx ikkwotat is-sors tagħha

By
2021-09-08T11:44:45+02:00Tue, 7th Sep '21, 14:13|

Aġġornat fis-14:20 Simon Mercieca mingħalih li qabad lil Jason Azzopardi jikkopja l-kliem ta’ M, karattru fil-films ta’ James Bond. Fil-film Skyfall (2012), M tkun qed tixgħed quddiem kumitat parlamentari ostili u, b’mod drammatiku, l-attriċi Dame Judi Dench tlissen versi li Simon Mercieca sab f’diskors li kien għamel Jason Azzopardi waqt konferenza tal-Partit xi 5 snin ilu. [...]

Lejlet elezzjoni l-kalkoli politiċi jieħdu prijorità

By
2021-09-08T07:26:52+02:00Tue, 7th Sep '21, 09:25|

Aħfruli jekk ninstema' qisni diska bil-labra mwaħħla, imma ma nistax nagħmel mod ieħor. M'għandix dubju li l-President George Vella tassew jixtieq li l-pajjiż jibda proċess ta' fejqan wara t-trawma li ġab miegħu l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Iżda jidher li l-President qed jagħmel il-pressjoni tiegħu fuq dik is-sezzjoni żgħira tal-poplu li jaf li huma lesti [...]

Il-President għandu l-ħila li jgħaqqad permezz tal-imġieba tiegħu

By
2021-09-07T07:09:26+02:00Mon, 6th Sep '21, 10:40|

Fost affarijiet oħra, l-President George Vella qiegħed pubblikament iċanfar lil dawk li jikkritikawh għax, skont kif hu qiegħed kliemu, qed ixerrdu “l-impressjoni falza” li l-biċċa l-kbira ta' dawk li għandhom kariga pubblika huma korrotti, b'xi mod jinsabu mimsusin u qed jaħdmu b'risq ċerti interessi moħbijin. Il-President espriema l-appoġġ tiegħu għal kull min għandu kariga pubblika [...]

Jidher li Josè Herrera ħasibna boloh

By
2021-09-06T16:06:10+02:00Mon, 6th Sep '21, 10:40|

Josè Herrera ħabbar li ser jonfoq Eur200,000 f'attivitajiet kulturali fil-Marsa. Ħejja nasba li mingħalih li konna ser naqgħu fiha. Ħaseb li konna ser nixluh li qed juża l-flus allokati lill-Ministeru tiegħu biex jidher ħelu mal-kostitwenti. Għaliex li kieku kellna nixluh b'dan, kien jinqeda bina biex iwassal messaġġ lill-kostitwenti li dawn jaqblilhom jerġgħu jivvutawlu jekk iridu [...]

Go to Top