Kampanja ta’ intimidazzjoni u ta’ miżinformazzjoni biex iħawdu l-imħuħ tal-ġurati

By
2021-10-16T11:10:19+02:00Fri, 15th Oct '21, 10:39|

Il-fatt li Yorgen Fenech ilu arrestat għal kważi sentejn u mistenni li jgħaddi ġuri fejn jista' jeħel għomru l-ħabs bis-saħħa tal-fatt li l-prosekuzzjoni għandha biżibilju ta' provi li juru li huwa kompliċi fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ma jfissirx li l-ġustizzja tinsab wara l-bieb. Malta kellha ġuri ieħor simili dwar attentat ta' qtil li forsi [...]

Erba’ snin mill-qtil ta’ Daphne, NGOs li jirrappreżentaw il-libertà tal-kelma jinsabu f’Malta

By
2021-10-14T21:20:56+02:00Thu, 14th Oct '21, 11:24|

Dalgħodu, rappreżentanti tal-NGOs dwar il-libertà tal-kelma marru biswit il-mafkar fejn ta' spiss isiru l-protesti favur il-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia fil-Belt Valletta u dan bħala parti mill-missjoni tagħhom f'Malta biex ifakkru r-raba' anniversarju mill-qtil tagħha. Rappreżentanti ta' ARTICLE 19, il-Committee to Protect Journalists (CPJ), il-European Centre for Press and Media Freedom (ECPMF), il-European Federation of [...]

Jeħtieġ li nibqgħu hemm sal-aħħar

By
2021-10-12T19:38:04+02:00Tue, 12th Oct '21, 11:02|

Ftit hemm dubju li d-diskors tal-budget kien intenzjonat biex iġedded iċ-ċens tal-Partit Laburista fuq is-siġġu tas-setgħa politika. Tfassal biex jagħmel proprju dan, ikun hemm kemm ikun hemm dubji dwar il-kredibilità ta' dak li ngħad. Madankollu ma nistgħux ninsew li l-kwistjoni dwar it-tiġdid taċ-ċens fuq is-setgħa politika mhix il-problema ewlenija. Il-ħallelin kienu ħejjew pjan sabiex ir-riżultat [...]

B’seba’ għajnejn sal-aħħar

By
2021-10-12T20:59:14+02:00Tue, 12th Oct '21, 10:19|

Id-diskors tal-baġit tal-bieraħ kien immirat biex ma jiksirha ma' ħadd u biex jogħġob lil kulħadd. Għamlu ħafna tbassir dwar it-tkabbir tal-ekonomija u l-gvern iddeċieda li seta' jkun ġeneruż. U hekk għamel. Ekonomista tal-affari tiegħu għandu jifli sewwa dan it-tbassir. Għandu jħares lejn il-figuri u jgħarbel huwiex possibbli jew le li jintlaħqu dawk il-miri u fl-istess [...]

Mhumiex lesti li jieħdu r-riskji

By
2021-10-14T21:18:41+02:00Tue, 12th Oct '21, 09:59|

Ikollu kemm ikollu problemi fuq ħoġru, lejlet elezzjoni ġenerali ebda gvern ma jkun lest jammetti li jkun qed iberraq. Ma kellna ebda dubju  mid-diskors tal-baġit tal-bieraħ li l-gvern ser jiftaħ idejh u jqassam iċ-ċejċa. Għaliex - jingħad x'jingħad dwar il-maturità demokratika tal-poplu tagħna - lill-gvern bqajna sal-lum inqisuh bħallikieku huwa xi Father Christmas u d-diskors [...]

Tintebaħ li l-elezzjoni tinsab fil-qrib………..

By
2021-10-08T19:52:54+02:00Thu, 7th Oct '21, 10:43|

Dakinhar li l-Papa jħassar stedina għall-ikel. U dakinhar li l-awtorità dwar it-tmexxija tat-traffiku jkun jidrilha li għandu jitneħħa speed camera biex b'hekk jitnaqqas deterrent u għodda biex tiġi infurzata l-liġi li għandha l-iskop li tikkontrolla l-veloċità eċċessiva. U dakinhar li deċiżjoni bħal din tiġi diskussa wkoll fl-ogħla livelli tal-gvern - jiġifieri fil-Kabinett tal-Ministri – u [...]

Ma nħallux it-teatrini jaljenawna

By
2021-10-06T17:04:40+02:00Wed, 6th Oct '21, 09:10|

Konrad Mizzi qed jipprova jaħrab milli jwieġeb mistoqsijiet skomdi. Waqt l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne kemm-il darba rrepeta l-kliem: “nagħżel li ma nweġibx”, ħaġa li kellu dritt jagħmel għaliex ebda xhud ma jista' jiġi mġiegħel jinkrimina ruħu. Illum ħabbar li ma kienx biħsiebu jattendi l-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi li talbu jwieġeb mistoqsijiet dwar il-kuntratt [...]

Sinjuri tat-TVM – il-kliem “ħmistax” u “attwalità” ma joqogħdux flimkien

By
2021-10-05T20:16:12+02:00Tue, 5th Oct '21, 17:45|

Fil-preżent lill-gvern xejn mhuma jdejquh dawk li qed ifasslu l-programmi ta' attwalità tat-TVM. Ma' dak l-istazzjon, kull min kellu xrara ta' imparzjalità ilu li tqabbeż 'il barra. Iċ-ċirkolari li tqassmet u li nkixfet mit-Times of Malta u li lil dawk li jfasslu l-programmi ordnatilhom biex javżaw lill-management minn ħmistax qabel, turi l-istat miskin u partiġġjan [...]

Kemm ser indumu nissaportu l-ġennati ta’ John Dalli?

By
2021-10-06T21:07:13+02:00Tue, 5th Oct '21, 07:26|

John Dalli sar qisu dak iz-ziju li, akkost kollox, ikun jaqbillek tevitah anki matul il-ġranet tal-Milied. Ma tridx wisq għerf biex ixxomm kull pass li jkun biħsiebu jagħmel. Ftit huma dawk li skantaw li, minn tant nies, kellu jitfaċċa proprju ismu hekk kif inkixfu l-kontijiet sigrieti tal-banek tal-Pandora Papers. It-tweġiba tiegħu wkoll wieħed seta' jbassarha. [...]

Qed jiżirgħu ż-żerriegħa tal-qerda tal-gvern li jmiss

By
2021-10-05T20:22:04+02:00Tue, 5th Oct '21, 07:23|

Robert Abela għadu ma xebax jgħatti xtur Rosianne Cutajar. Il-prim ministru u l-gvern tiegħu jafu ben tajjeb li din mhux biss qed tħammar wiċċ pajjiżna, iżda jafu wkoll li l-imġiba tagħha mhi aċċettabbli xejn. Ilbieraħ għamlu ammissjoni indiretta li kumitat indipendenti ta' membri parlamentari Ewropej kienu appik waslu biex ikeċċuha mill-Kunsill tal-Ewropa dwar kwistjoni ta' [...]

X’qed jistenna Carmelo Abela biex iħarrek lill-Koħħu?

By
2021-09-30T17:29:36+02:00Thu, 30th Sep '21, 13:20|

Il-Qorti li quddiemha qed tinstema' kawża ta' libell li għamel Carmelo Abela kontra Jason Azzopardi ċaħdet talba ta' Jason Azzopardi biex jinġiebu l-istqarrijiet li kienu għamlu band'oħra Ċensu Muscat il-Koħħu u l-aħwa Degiorgio. Band'oħra u waqt proċeduri tal-qorti dawn il-persuni - wieħed minnhom diġà ġie misjub ħati u t-tnejn l-oħra qed jistennew li jgħaddu ġuri [...]

Għandek il-ħila li tabbanduna bniedem ferut?

By
2021-09-30T12:19:36+02:00Tue, 28th Sep '21, 14:38|

Ħaddiem li kien fuq xogħlu f'sit ta' kostruzzjoni kien il-vittma ta' inċident wara li waqa' m'għola żewġ sulari. M'għandniex xi ngħidu, weġġa' gravi. L-imgħallem tiegħu rikkbu f'karozza u ftit wara telqu fuq bankina fit-triq. Il-ħaddiem jibża' li se jaqlagħha għax kien qed jaħdem illegalment. L-imgħallem jibża' li se jaqlagħha għax ħaddmu illegalment. Id-diskorsi filosofiċi erħulhom. [...]

Skont il-Kummissarju tal-Pulizija, Jason Azzopardi u jien ma ksirna ebda liġi

By
2021-09-28T19:46:49+02:00Tue, 28th Sep '21, 11:16|

Il-Kummissarju tal-Pulizija ma aċċettax ilment li Yorgen Fenech għamel xi ftit ġimgħat ilu li permezz tiegħu xela lil Jason Azzopardi u lill-"blogger Manuel Delia" li għamlu "attakk sistematiku kontra l-Imħallef Giovanni Grixti". Yorgen Fenech allega li kitba f'din il-website u kummenti li kiteb Jason Azzopardi fil-midja soċjali kisru l-provvedimenti tal-kodiċi kriminali li jitkellmu dwar disprezz [...]

Wasal l-istaġun tal-wegħdi

By
2021-09-30T17:39:07+02:00Tue, 28th Sep '21, 09:41|

Il-prim ministru stqarr li wasal iż-żmien biex nibdew nitkellmu dwar  ir-riforma elettorali. Proprju issa jrid jitkellem? Dan ilu prim ministru sa minn Jannar tal-2020 u membru parlamentari mill-2017. U proprju issa, ftit ġimgħat biss qabel l-elezzjoni ġenerali, deherlu li kellu jirrikonoxxi li din ir-riforma hi meħtieġa. Fil-fehma tiegħi, diskors bħal dan huwa abbuż. L-ewwel jaħtfuna [...]

Twissija oħra lil Edward Scicluna

By
2021-09-27T18:41:09+02:00Mon, 27th Sep '21, 13:09|

Repubblika llum stqarret li s-sentenza li tat il-Qorti llum turi biċ-ċar li Simon Busuttil kien għadda kumment ġust meta stqarr li Edward Scicluna ma jistax jibqa' fil-kariga ta' Ministru tal-Finanzi wara li kien wieħed minn tliet persuni investigati minn inkjesta maġisterjali dwar l-imġiba tagħhom f'każ ta' ħasil ta' flus maħmuġin. Edward Scicluna, flimkien ma' Chris [...]

Jagħmel l-arja u jilgħab għall-gallarija

By
2021-09-27T20:36:26+02:00Mon, 27th Sep '21, 13:03|

Joseph Muscat ried jipproġetta arja ta' kunfidenza dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni dwar Egrant. Ried jurina li għadu konvint li hu ma jistax jintmess. Dan jista' jagħti l-każ għax tassew m'hemm xejn x'jinkixef u li qatt ma kien hemm xejn. Jista' jkun li huwa innoċenti u, jfittxu kemm ifittxu, u jsibu xi jsibu, ma jistax jintmess [...]

Min kien qed jissemma’, l-għala ma kellux permess?

By
2021-09-28T12:41:58+02:00Thu, 23rd Sep '21, 09:01|

Il-Qorti tal-Appell ċaħdet ’il fuq minn mitt eċċezzjoni li għamlet id-difiża ta’ George u Alfred Degiorgio fil-kawża l-prosekuzzjoni qed tmexxi kontrihom. M'għandniex xi ngħidu, dan jawgura tajjeb għall-prosekuzzjoni li issa tista' tkompli tħejji ruħha biex tippreżenta l-każ quddiem il-ġurati u tipprova l-ħtija tal-akkużati. Kien hemm eċċezzjoni dwar parti mill-provi li kienet se tressaq il-prosekuzzjoni dwar [...]

Go to Top