Ma jistax jgħaddiha lixxa

By
2021-10-20T15:37:16+02:00Wed, 20th Oct '21, 07:27|

Wara li kien injora żewġ stediniet li għamillu l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi biex iwieġeb għal mistoqsijiet dwar il-kuntratti tal-enerġija li hu stess kien innegozja u ffirma, ilbieraħ Konrad Mizzi qal li kien biħsiebu jilqa' t-tielet stedina li saritlu. Stqarr li ma riedx lil dawk il-mingħulin ta' Nazzjonalisti "jaljenaw" lill-poplu mid-diskors kbir li kien għamel Robert [...]

Aqwa mill-aqwa żmien

By
2021-10-19T20:15:06+02:00Tue, 19th Oct '21, 09:50|

Titħabbarx formalment jew le fis-sigħat li ġejjin, l-elezzjoni ġenerali tinsab wara l-bieb. L-ewwel nett, wasalna. Ma jistax jingħad li tkun elezzjoni "bikrija" jekk issir 6 xhur qabel żmienha. It-tieni, l-partit fil-gvern issa ilu żmien twil imexxi l-kampanja tiegħu bl-istess ħeġġa li wera fl-elezzjonijiet tal-2013 u tal-2017. Dawn l-elezzjonijiet kienu ġġilduhom bħallikieku kienu minn taħt fis-sondaġġi [...]

Tajjeb li tkun taf bil-qerq li hawn madwarna

By
2021-10-20T18:37:57+02:00Mon, 18th Oct '21, 10:27|

F'dawn l-aħħar ġranet tgħallimt affarijiet ġodda li messni kont nafhom. Iżda ma kontx nafhom u għaldaqstant jista' jagħti l-każ li lanqas int li qed taqra' ma taf bihom. Temminx 'l għajnejk meta l-mobile jindika li t-tali persuna minn fost il-kuntatti tiegħek tkun qed iċċempillek. Għaliex jista' jċempillek xi ħadd li jagħmel tabirruħu li huwa persuna [...]

Fidwa għall-kotra

By
2021-10-17T16:57:57+02:00Sun, 17th Oct '21, 01:43|

Din hi l-omelija ta’ Patri Charlò Camilleri, O.Carm. waqt il-quddies ilbieraħ b’suffraġju għal Daphne Caruana Galizia: F’dan il-jum li fih inġbarna hawnhekk biex infakkru l-ħajja u l-qtil ta’ Daphne, u nitolbu għall-mistrieħ tagħha ta’ dejjem, filwaqt li nqiegħdu tamietna f’Alla li kif tlabna fis-Salm “It-tjieba tiegħu hija fuqna” u li “hu l-għajnuna u t-tarka tagħna”, [...]

Daphne mfakkra

By
2021-10-16T18:31:08+02:00Sat, 16th Oct '21, 17:27|

Dawn ir-ritratti nġibdu minn Simon Sansone waqt laqgħa fis-skiet li saret fil-Bidnija aktar kmieni llum wara nofsinhar. Aktar dettalji dalwaqt.

Id-dlam jintrebaħ bid-dawl tal-ħeġġa u tad-determinazzjoni

By
2021-10-16T13:22:28+02:00Sat, 16th Oct '21, 09:37|

Dalgħodu qgħadt inħabbel moħħi biex insib il-kliem li huwa adattat biex titfakkar ir-raba' sena minn dak il-jum iswed li fih inqatlet Daphne. Moħħi beda' jberren dwar ideat li kont għadni ma ħsibtx dwarhom u dwar dak li, f'dawn l-aħħar erba' snin, għadu ma ngħadx. Moħħi berren ukoll dwar kliem li għadhom ma tlissnux u dwar [...]

Go to Top