Mario Cutajar mhux ta’ b’xejn kien ħareġ jiddefendi s-sistema tal-ingaġġar ta’ “persuni ta’ fiduċja”

By
2020-08-16T21:16:08+02:00Sun, 16th Aug '20, 13:35|

F'Malta għandna ħaddiema tas-servizz ċivili fil-qasam tal-affarijiet barranin u li jintbagħtu biex iservu lill-pajiiż lil hinn minn xtutna li huma kapaċi f'xogħolhom. Ikun hemm okkażjonijiet li fihom gvernijiet ikunu ġustifikati li jagħmlu ħatriet politiċi għat-tmexxija ta' ambaxxati Maltin l-aktar minħabba raġunijiet li politikament ikunu sensittivi. Għal ħatriet diplomatiċi, jistgħu jinħatru diplomatiċi jew inkella persuni maħturin [...]

Qed nerġgħu nittieħdu mill-marda nazzjonali tar-regħba u tal-impunità

By
2020-08-11T18:36:54+02:00Tue, 11th Aug '20, 16:03|

Robert Abela qalilna li t-tfal għandhom jattendu l-iskola. Qal dan bħallikieku dawk li qed irabbu t-tfal ma jriduhomx jattendu l-iskejjel. Ifakkarna - għaliex mid-dehra jeħtieġ li jkollna min ifakkarna - li jeħtieġ li t-tfal ma jkomplux ifallu l-iskola. U li jeħtieġ li nibbilanċjaw il-ħtieġa li t-tfal ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom mal-ħtieġa li nħarsulhom saħħithom, kif ukoll [...]

Il-vittma vera tal-Corona

By
2020-08-06T15:38:42+02:00Thu, 6th Aug '20, 07:34|

Il-vittma vera tal-Corona il-gwaj, Mhux dak il-pazjent xiħ, li bilkemm għadu ħaj. Għax skont Brian Tonna li qed jibki kif konna, “Ta' Kastilja m’għandhomx ħin għal kontijiet f'Dubai."

Il-ballu tal-qamar

By
2020-08-06T15:37:00+02:00Thu, 6th Aug '20, 07:31|

Ftit tal-ġranet ilu f’tal-Moon Ball, l-okkażjoni, Miriam beżgħat sew, b’tal-virus ir-riperkussjoni. U kif daħlu 'l-Verdala, Kulħadd mlibbes gala, George weġibha “Jien, lejali lejn il-kostituzzjoni.”

Il-qanpiena ta’ Julia

By
2020-08-05T11:31:26+02:00Wed, 5th Aug '20, 11:08|

Wieġbet urtata l-ministru Farrugia: “Jien mhux bħal Konrad, minix maħmuġa. Minhix Michelle, ma nilbisx kowts; Ma' Yorgen jien, ma mmurx fuq boats; U Boris qalli li rqieqa għasluġa.“

Is-Sur Sappituttu

By
2020-08-05T11:29:29+02:00Wed, 5th Aug '20, 11:06|

Rajna 'l-eks-ministru fid-departures, fil-kju, qalilna li sejjer  “star consultant mal-WHO*” “Absolutely! Essentially, the Covid helps in family planning too.”

M’hix mewġa, imma tsunami

By
2020-08-05T11:33:54+02:00Wed, 5th Aug '20, 11:03|

Prim, tagħmilx bħal ta' qablek għax tinkwetani. Din tal-Covid, qisha kobb'oħra tal-Ażerbajġani. Dir-ras iebsa għalfejn? Jew ma tafx tgħodd sal-mitejn? Din veru mhix mewġa, imma tsunami.

Sploda l-konsum

By
2020-08-05T11:27:09+02:00Wed, 5th Aug '20, 10:47|

Rajna wkoll 'l-Ministru tal-Enerġija. Qal li l-konsum sploda bil-pandemija. "Anke l-pills blu ma sabx jixtri hu, għax f'Malta kulħadd għaddej għalenija."

Skola f’Jannar

By
2020-08-05T11:24:21+02:00Wed, 5th Aug '20, 10:44|

Fl-aħħar ġie Owen barbut u fartas, fl-edukazzjoni, hu ftaħar li studja kull każ, “Skola f'Jannar u vaganzi fi Frar” Imbagħad beda jonħor għax qabdu n-ngħas.

Kawlata storika?

By
2020-08-05T10:41:25+02:00Wed, 5th Aug '20, 09:54|

Illum Pieter Omtzigt ta r-reazzjoni tiegħu għall-għaġeb kollu li għamel Edward Zammit Lewis dwar l-emendi kostituzzjonali "storiċi" li għadda l-Parlament għaxart ijiem ilu.  F'artikolu li kiteb fit-Times of Malta, huwa stqarr li “jidher li bosta mill-membri parlamentari lanqas biss qraw l-abbozz finali dakinhar li ġew imsejħa biex jivvutaw favurihom. Dan mhux il-mod kif isiru l-affarijiet [...]

L-“istorja” ta’ Norma

By
2020-08-04T18:16:36+02:00Tue, 4th Aug '20, 15:38|

Wara l-irtirar ta' Reno Bugeja mill-karga ta' kap tal-aħbarijiet ta' TVM, il-gvern Laburista ħatar floku lil Norma Saliba li sa ftit ġranet ilu kienet il-kelliema uffiċjali tal-President George Vella. Il-profil tagħha fil-LinkedIn għadu jindika li taħdem fl-Uffiċċju tal-President. Qed nassumi li din m'hix tokkupa żewġ karigi fl-istess ħin, hux hekk? Ejjew nassumu li dawk li [...]

Iwieġeb il-Prim Ministru

By
2020-08-03T14:16:09+02:00Mon, 3rd Aug '20, 08:35|

Aqra' dan li ġej qabel tkompli. Għażiża Charmaine, nixtieqek tiftakar, Li jien biss il-kaptan, mhux biex niftaħar. Jekk Fearne dam ma nduna, U lill-Isqof Scicluna, Intennilhom, li l-mewġ qed fil-baħar.

Il-vot tat-tesserati ser iħoll u jorbot

By
2020-08-03T12:24:56+02:00Mon, 3rd Aug '20, 08:25|

Ir-riżultati tal-elezzjonijiet huma kaxxa magħluqa. Adrian Delia tilef il-fiduċja tal-biċċa 'l kbira tal-membri tal-grupp parlamentari tiegħu, tal-kumitat eżekuttiv u, wara l-vot li ttieħed nhar is-Sibt li għadda, tal-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill Ġenerali, li hu l-ogħla organu tal-PN. Iżda huwa fatt li, fit-tliet organi tal-PN, Adrian Delia għandu l-appoġġ ta' minoranza sostanzjali. Nhar is-Sibt li għadda kiseb [...]

Id-dnub tan-nisel ta’ Varist

By
2020-07-30T15:34:14+02:00Thu, 30th Jul '20, 11:24|

Ix-xhieda li Evarist Bartolo ta dan l-aħħar quddiem il-bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia fakkarni mhux ftit fil-qrara pubblika li kien għamel quddiem Tim Sebastian. Bi kliemu reġa' stieden is-sarkażmu, l-istmerrija, x-xettiċiżmu u xi ftit tal-umoriżmu wkoll. Iżda bi ħsiebni niffoka biss fuq l-ipokresija. Evarist Bartolo stqarr li Keith Schembri kellu setgħa qawwija [...]

Qed jagħmel l-arja mar-regoli tax-xjenza

By
2020-07-27T18:33:42+02:00Mon, 27th Jul '20, 08:02|

F'Mejju li għadda Robert Abela tgħidx kemm nieda konferenzi stampa biex jiftaħar bis-"suċċess kbir" fit-trażżin tal-imxijja Covid-19. Hu ma tantx kellu x'jagħmel iżda kellu x-xorti li għandu ministru tas-saħħa fil-kabinett tiegħu li jaf x'qed jagħmel u li jaf ir-responsabbiltajiet tiegħu x'inhuma. Kellu x-xorti wkoll li għandu dipartment tal-gvern li jaħdem tajjeb u li ma ġiex [...]

Għandu futur il-PN mingħajr Delia?

By
2020-07-27T14:52:41+02:00Mon, 27th Jul '20, 07:22|

Għaliex jinsab maħkum mid-delużjoni jew inkella għaliex jaħseb li għandu f'idejh strateġija rebbieħa, Adrian Delia jinsab miexi fuq il-passi ta' Joseph Muscat. Agħtu daqqa t'għajn lejn din il-poeżija - waħda minn sensiela għal kull darba li taqbdu l-muża - li huwa xandar permezz tal-media soċjali: Hawn bħal speċi jrid ibellagħha li l-PN u Adrian Delia [...]

PODCAST: Se jkunu t-tesserati li jiddeċiedu d-destin tal-PN

By
2020-07-24T13:09:26+02:00Fri, 24th Jul '20, 10:41|

Manuel Delia · The Party Members Will Get To Speak ‘Il-membri huma s-sidien tal-partit,’ kienu qalulna s-segwaċi ta' Adrian Delia. Dawn il-membri kienu għażlu lilu u allura, skont dawn is-segwaċi, min jipprova jwarrbu ikun qed iċaħħadhom mid-dritt li jagħżlu l-mexxej. Is-sistemi demokratiċi ma jitħaddmux b'dan il-mod. Jitħaddmu b'dan il-mod il-monarkiji eletti. Ma tantx fadal minn [...]

Kannol nieqes mill-krema

By
2020-07-23T13:51:24+02:00Thu, 23rd Jul '20, 11:00|

Il-lejla jiltaqa' l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista fuq ordni tal-Kap tal-Partit Adrian Delia. Huwa ta ordni li jitlaqqa' kumitat li, permezz ta' vot sigriet, sfiduċjah. U minkejja dan, baqa' jirrombla 'l quddiem u fuq l-aġenda qiegħed il-kliem "azzjonijiet konkreti". Kliem li bihom ried ifisser li jrid ipatti u jivvendika. Il-laqgħa tal-lejla ssegwi laqgħa bla sugu tal-grupp [...]

Fera’ lilu nnifsu??

By
2020-07-22T11:19:00+02:00Wed, 22nd Jul '20, 07:39|

Diġà hi ħaġa tat-tkexkix li xhud ewlieni tal-prosekuzzjoni jispiċċa jilgħabha mal-mewt kaġun ta' ġrieħi gravi fuq ġismu. Iżda impossibbli li wieħed ma jitħassibx meta jara lill-Pulizija tiġbed konklużjoni tant mgħaġġla li Melvyn Theuma kien weġġa' lilu nnifsu u fl-istess ħin tipprova tbellagħha li dan kien każ ta' suwiċidju meta l-vittma kien għadu lanqas wasal l-isptar. [...]

Abdilla tas-sondaġġi

By
2020-07-17T12:52:38+02:00Fri, 17th Jul '20, 08:30|

Tas-Civil Society Network ta' spiss iniedu s-sondaġġi permezz tal-Facebook. Dawn is-sondaġġi m'humiex imsejsin fuq fatti xjentifiċi u minnhom innifishom m'humiex informattivi. Barra minn hekk ir-riżultati tas-sondaġġi kważi qatt ma jixxandru u huma biss rilevanti għall-argumenti li x'aktarx jistgħu jinġiebu mill-persuna jew l-organizzazzjoni li tagħmilhom. Madankollu n-nies tinġibed bħad-dubbien għal dawn l-hekk imsejjħa sondaġġi online. Minkejja [...]

Go to Top