Jinqala’ għall-ġbir tal-iskart

By
2019-09-09T22:13:45+02:00Sun, 8th Sep '19, 08:56|

Mid-dehra tal-PN il-bieraħ kellhom ippjanat aktar minn attività waħda jiġifieri konferenza li kellha bħala suġġett l-irvellijiet tas-Sette Giugno biex jipprovaw jiddevjaw l-attenzjoni mill- protesta organizzata mill- Moviment Graffitti. Adrian Delia flimkien ma' wħud mill-istudenti li mistennija li jibdew imexxu lill-MŻPN minflok il-mexxejja preżenti li ma kinux lesti li jservu ta' pupazzi għat-tmexxija dgħajjfa tal-partit li [...]

Sabar

By
2019-09-06T11:18:02+02:00Wed, 4th Sep '19, 09:46|

Aħfruli. Ilni ftit ma nikteb f'din il-blog. Għal nofs Awwissu waqaft ftit għall-vaganzi u bħalissa ninsab mehdi f'xogħol ieħor. Nittama li, fi żmien mhux tant 'il bogħod meta jitlesta x-xogħol, tifhmu li din il-waqfa ma kienitx b'kapriċċ. Għalissa ħudu ftit paċenzja bija. Malli jasal il-waqt, ser tifhmu aħjar.

Il-Fosos

By
2019-08-26T15:57:53+02:00Mon, 26th Aug '19, 09:15|

Mid-dehra għadu ma bediex dak li kellu jkun il-proċess ta' rikonċiljazzjoni u ta' tiswija li t-tmexxija tal-PN kien bi ħsiebha tniedi dakinhar li Adrian Delia ġie konfermat bħala mexxej tal-PN mill-Kunsill Ġenerali. Minn dakinhar 'l hawn, ma jidhirx li kien hemm xi tibdil sinjifikanti fl-attitudni ta' dawk li qed imexxu lill-PN. Ma tinħass ebda enerġija ġdida [...]

Ara ma tmorrux issemmu ‘l gwerra!

By
2019-08-26T15:53:24+02:00Sun, 25th Aug '19, 11:29|

Ritratt bħal dan iġiegħlek tieħu għalik? B'dan tieħu għalik ukoll? Jew b'dan? Mela iftaħ widnejk sewwa. Se ngħidhielek darba biss: x'aktarx int Nażista u jmissek tmur tiddobba qargħa. Jew inkella jmissek taħdem ma' tat-Torċa. Jew inkella int Nażista li taħdem ma' tat-Torċa u jmissek tmur tiddobba qargħa xorta waħda. Il-mod kif dawn għamlu plejtu sħiħ [...]

Mhux razzist biss. Ipokrita wkoll.

By
2019-08-26T15:52:04+02:00Fri, 23rd Aug '19, 21:55|

Darba minnhom kienu ħarrkuni talli lil xi ħadd sejjaħtlu "ipokrita". Justin Schembri ma jistax iħarrikni talli sejjaħtlu "razzist" għaliex għamilt dan fuq stedina tiegħu stess. Ejjew naraw ftit il-għala kliemu jikxfu bħala ipokrita. Waqt konferenza organizzata s-sena li għaddiet minn NGO Musulmana msejjħa Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Justin Schembri kien tkellem għan-nom tal-PN bħala “kelliem [...]

Tgħidx x’għaxqa għandha bih ommu dan il-buffu

By
2019-08-17T21:37:02+02:00Sat, 17th Aug '19, 04:21|

Ftit ħin wara li ntemmet il-velja tal-bieraħ filgħaxija, xi ħadd li ried juri kemm jistmerr il-politika tal-mibgħeda mar fuq il-mafkar tal-protesta f'Misraħ l-Assedju l-Kbir biex ineħħi ritratt ta' Daphne Caruana Galizia. Darrin Zammit Lupi nzerta li kien preżenti u ġibed ritratt ta' dan il-buffu li tgħidx x'għaxqa għandha bih omm.

“M’hemm xejn illegali”

By
2019-08-17T04:11:40+02:00Wed, 7th Aug '19, 15:32|

Kull tant żmien ikun jeħtieġ li jerġa' jittella' dan ir-ritratt. Din id-darba se nitkellem dwar Engelbert Grech li kien il-Kummissarju tal-Films — jiġifieri l-kap tal-entità governattiva li tippromwovi l-industrija tal-films — u li issa huwa sid ta' negozju privat li jipprovdi servizzi ta' produzzjoni tal-films għal produtturi internazzjonali. F'dan ir-ritratt huwa jidher fuq il-lemin estrem [...]

Iż-żejt (tal-kuntrabandu) għad jitla’ f’wiċċ l-ilma?

By
2019-08-17T04:12:45+02:00Wed, 7th Aug '19, 15:02|

Qed iseħħu affarijiet ta' barra minn hawn fil-każ ta' jinsab imdaħħal fiħ Darren Debono. L-awtoritajiet tal-Italja u tal-Istati Uniti qed isegwu l-passi tiegħu. Iżda hu jidher li qed jiġri wara l-Gvern Malti minflok bil-kontra. Fl-Italja, huwa ser igħaddi ġuri fuq akkuża ta' bejgħ bil-kuntrabandu ta' żjut u dan wara li nvestigazzjoni msejjħa Dirty Oil immexxija [...]

L-Imħallef Grixti iwaqqaf it-tnedija ta’ inkjesta dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet minkejja l-fatt li mhux is-suspettati kollha appellaw mid-digriet

By
2019-08-07T14:53:07+02:00Wed, 7th Aug '19, 10:52|

L-Imħallef Giovanni Grixti qabel mal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona li l-inkjesta dwar il-privatizzazzjoni ta' tliet sptarijiet tal-istatli kienet ġiet ordnata mill-Maġistrat Claire Zammit Stafrace m'għandhiex tibda' sakemm jinqata' l-appell li għamlu wħud minn dawk suspettati  — jiġifieri l-Ministri. Dan id-digriet ingħata minkejja l-fatt li r-raba' suspettat, ċertu Ivan Vassallo, kien baqa' m'appellax [...]

Repubblika dwar ‘konsultazzjoni’ għal Riforma Kostituzzjonali

By
2019-08-07T08:23:02+02:00Wed, 7th Aug '19, 08:23|

Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika tesprimi l-apprezzament tagħha għall-kummenti tal-President George Vella ftit tal-jiem ilu li l-proċess tar-Riforma Kostituzzjonali m’għandux ikun limitat għall-interessi taż-żewġ partiti politiċi fil-Parlament, iżda għandu jinkludi parteċipazzjoni wiesa, inkluż dik tas-soċjeta’ ċivili. Madanakollu, aħna mħassbin li l-ewwel passi f’dan il-proċess ma jidhru bl-ebda mod li jilħqu dan l-għan. L-istedina lill-pubbliku sabiex jissottometti [...]

Imġieba tat-tiranni

By
2019-08-06T08:34:22+02:00Mon, 5th Aug '19, 10:06|

Tal-Lovin Malta lemħu l-kelma ‘Invictus’ — li tfisser "rebbieħ".... jew anki, imbattibbli — mpinġija fuq driegħ il-Prim Ministru. Skantaw u bil-kemm emmnu dak li kien irnexxielhom jilmħu. Din kienet ir-reazzjoni li Joseph Muscat xtaq li jipprovoka. U ried ukoll jipprovoka r-rabja. Joseph Muscat m'huwiex xi Latinista. Li kieku ried seta' joqgħod jiftaħar bir-rebħiet elettorali li [...]

Il-ħbieb tal-ħbieb

By
2019-08-06T08:32:39+02:00Fri, 2nd Aug '19, 09:12|

Il-bieraħ it-Times of Malta xandret storja dwar il-mod kif kumpannija tal-produzzjoni għat-televiżjoni ingħatat spazju biex taħdem fil-bini ta' TVM. Din il-kumpannija hi waħda minn dawk li tikkompeti ma' kumpanniji oħrajn għal kuntratti ta' xogħol tat-TVM. Il-fatt li din il-kumpannija ser tiffranka l-ħlas tal-kera (biex ma nsemmix il-benefiċċju li se jkollha mill-użu tat-tagħmir tat-TVM) ser tagħtiha [...]

Lin-nażisti ma nġerraħhomx

By
2019-08-01T14:50:04+02:00Thu, 1st Aug '19, 08:15|

Il-kelma 'mibgħeda' qed tintuża ta' spiss. Meta nikkritika li xi ħadd, xi drabi niġi mixli li jien bniedem mimli bil-mibgħeda. Din ix-xilja s-soltu tasalli mingħand dawk li lill-politiċi mdorrijin jixgħalulhom ix-xemgħat quddiem ix-xbihat tagħhom u jadurawhom. Allura f'moħħ dawn in-nies, dawk li ma jinżlux għarkupptejhom biex jaduraw lill-politiċi, ta' bilfors jobgħoduhom. Għalihom jew nejja jew [...]

Araw għaliex intilfu s-servizzi ta’ banek korrispondenti

By
2019-07-31T15:16:53+02:00Wed, 31st Jul '19, 09:53|

Il-ġuri f'New York ta' Ali Sadr Hashemi Nejad dwar allegata frodi bankarja u dwar ksur ta' sanzjonijiet kontra l-Iran mistenni jibda' f'Ottubru li ġej. Fl-istadju preżenti ta' qabel jinbeda' l-ġuri, tinsab għaddejja diskussjoni bejn il-partijiet fil-kawża dwar jekk l-imħallef li nħatar biex jisma' l-kawża, Andrew L Carter Jr, għandux jirrikuża ruħu mis-smigħ tal-kawża in vista [...]

‘Jeħtieġ tħallas jekk tridni nżomm is-skiet’ – darba minnhom hekk kien qal Saviour Balzan

By
2019-07-31T15:14:50+02:00Tue, 30th Jul '19, 10:03|

Ma jistax ma jiddispjaċinix għal Matthew Vella u għal Kurt Sansone li flimkien kitbu editorjal wara li l-kjass li nqala' wara li tal-Lovin Malta kixfu li kumpannija tal-Malta Today, li sidha huwa d-direttur maniġerjali ta' dan il-ġurnal, kienet tqabbdet biex tagħmel xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi u ta' reklamar għall-gvern dwar il-qtugħ tas-siġar fit-triq li hemm [...]

L-ottimiżmu bla sens ta’ min hu finanzjarjament inkompetenti

By
2019-07-26T15:15:37+02:00Fri, 26th Jul '19, 14:17|

Mur applika biex taħdem ma' xi bank, ma' xi gaming company jew ma' xi sales office u tkixxef biex tara jekk is-sidien ikunux disposti li jistaqsuk mistoqsijiet li tant trolls fil-Facebook qegħdin jiktbu li huma personali wisq biex jiġu mwieġba minn Adrian Delia. Jekk is-sidien jintebħu li int dejjem tard fil-ħlas tad-dejn tiegħek, kunu ċerti [...]

Politiċi li jippruvaw jaħbu, jeħtieġ li jinkixfu

By
2019-07-26T10:16:07+02:00Fri, 26th Jul '19, 02:12|

L-istqarrija tal-PN li tiddefendi lill-Kbir Mexxej mill-“attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia” tagħmel ħafna għaġeb mill-fatt li l-istejjer li xxandru llum dehru ftit jiem qabel il-vot ta' fiduċja ta' nhar is-Sibt li ġej dwar it-tmexxija ta' Adrian Delia. It-titlu kollu tal-istqarrija jġib dan il-kliem: "Attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia lejliet vot importanti [...]

“Attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia” minn “blogger”

By
2019-07-26T10:14:45+02:00Fri, 26th Jul '19, 01:59|

L-istqarrija tal-PN li xlietni b'“attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia” ma ssemminix b'ismi. Tirreferi għalija bħala “blogger” li huwa t-tieni l-agħar insult li jista' joħroġ bih Adrian Delia. Min jaf għadx jagħtini "promozzjoni" u jibda' jsejjaħli “biċċa blogger”? Il-bieraħ filgħaxija lil udjenza ta' madwar 50 Kunsillier tal-PN f'Ħal Tarxien, Adrian Delia għamlilhom pantomima ta' [...]

L-iskuża ta’ Adrian Delia: ma rċeviex ittra biex tfakkru li kien xahrejn lura fil-ħlas ta’ dejnu

By
2019-07-26T10:13:42+02:00Fri, 26th Jul '19, 01:53|

Nifhem li Adrian Delia jaf li bosta huma dawk li tassew jixtiequ li jemmnuh. Iżda min jaf kemm hemm minn fost dawn li għalihom ma jkun ġara' xejn jekk żewġhom ikellimhom b'dan il-mod. Il-lejl li għadda tkellem dwar kif jien ħriġt b'“attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia” meta kulma għamilt kien li ktibt rapport [...]

Go to Top